Ippublikat ktieb dwar l-iżvilupp tal-adoloxxenti

Il-Vjaġġ Fantastiku tal-Ġisem Tiegħi- ktieb ta’ Natalie Psaila

L-awtriċi u tabiba speċjalizzata fil- Mediċina tal-Familja Dr. Natalie Psaila ippublikat ktieb “Il-vjaġġ fantastiku tal-ġisem tiegħi”. Dan il-ktieb huwa għal adoloxxenti ta’ etajiet bejn 10 u 13-il-sena. Hemm verżjoni kemm bil- Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Dan il-ktieb jiġbor fih kull dettall ta’ dak li jgħaddi minnu l-ġisem waqt l-iżvilupp. Fost diversi topiks wieħed jista’ jsib informazzjoni fuq kunsens għas-sess, kontraċezzjonijiet varji, attrazzjonijiet lejn persuni oħrajn , fejn ta’ l-aħħar l- awtriċi tinkludi koppji etreosesswali kif ukoll omosesswali.
Il-Ħsieb ta’ l-awtriċci hu li permezz ta’ dan ik-ktieb, żagħżagħ jsibu risposti għal ħafna mistoqsijiet li jkunu għaddejjin f’moħħom f’dan iż-żmien ta’ ħajjitom u jkunu jistgħu jifmu aktar lilom infusom u tibdil li jkun għaddej ġo ġisimom.
Kienu ħafna ġenituri li apprezzaw dan il-ktieb għaliex ħassew li permezz ta’ din l-informazzjoni miġbura uliedom jistgħu jgħarfu aħjar lilhom infusom, għaldaqstant kien hemm ġenituri li ma qablux li l-awtriċi kellha tinkludi l-omosesswalita’ bħala “Norma” f’rapport bejn koppji kif ukoll hemm min qed jgħid li l- Morning After Pill hija meqjusa bħala forma ta’ Abort.
Dan il-ktieb jista’ jinkiseb minn fuq din il-link verżjoni bil- Malti , mingħand l-Awtriċi kif ukoll mill Women for Women.

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq : [email protected]