Ir-Russja qalet li kienet qed tkeċċi total ta’ 85 impjegat tal-ambaxxata b’reazzjoni għal mossi simili ta` tkeċċija ta` diplomatiċi russi min-tliet nazzjonijiet Ewropej.
Moska keċċiet diplomatiċi minn Franza, l-Italja u Spanja b’ritaljazzjoni għat-tkeċċija ta’ diplomatiċi Russi minn pajjiżi Ewropej bħala parti minn azzjoni konġunta b’reazzjoni għall-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna.
Il-Ministeru għall-affarijiet tar-Russja fi stqarrija qal “34 uffiċjal ta’ missjonijiet diplomatiċi Franċiżi fir-Russja ġew iddikjarati persuna non grata,” u żied li għandhom ġimgħatejn biex iħallu l-pajjiż.
Minbarra l-34 diplomatiku Franċiż, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu mbagħad ħabbar li kien qed ikeċċi iktar diplomatiċi. Il-ministeru qal fi stqarrija li 27 impjegat tal-ambaxxata Spanjola f’Moska u l-Konsulat Ġenerali Spanjol f’San Pietruburgu “ġew iddikjarati persona non grata”, filwaqt li l-kelliema tal-ministeru Maria Zakharova qalet lill-aġenziji tal-aħbarijiet Russi li 24 diplomatiku Taljan kienu wkoll tkeċċew.
Intqal fl-istqarrija li Moska għamlet din l-aħbar wara li sejħet lill-ambaxxatur ta’ Franza għar-Russja, Pierre Levy, u qaltlu li t-tkeċċija ta’ 41 impjegat ta’ missjonijiet diplomatiċi Russi kienet “deċiżjoni provokattiva u bla bażi”.
Il-ministeru għall-affarijiet barranin qal “Ġie enfasizzat li dan il-pass se jikkawża ħsara serja lir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Franċiżi u l-kooperazzjoni bilaterali kostruttiva,”.
Franza “tikkundanna bil-qawwa” it-tkeċċija ta’ 34 mid-diplomatiċi tagħha mir-Russja, qal l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f’Pariġi. Waqt li qal li l-pass ma kellu “ebda bażi leġittima”,
Il-ministeru qal fi stqarrija li “x-xogħol tad-diplomatiċi u tal-persunal fl-ambaxxata [ta’ Franza] fir-Russja… isseħħ bis-sħiħ fil-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari “.
Min-naħa l-oħra, Pariġi kienet keċċiet lill-istaff Russu f’April fuq suspett li kienu spiji
Il-President Franċiż Emmanuel Macron inizjalment mexxa kuntatt diplomatiku mal-Kremlin dwar il-kampanja militari ta’ Moska fl-Ukrajna iżda t-taħditiet tiegħu mal-President Russu Vladimir Putin eventwalment naqsu ftit u l-appoġġ militari Franċiż jider ċar li żdied fl-aħħar xhur lill-Ukrajna.