Ir-Russja tolqot lil Kyiv għall-ewwel darba f’ġimgħat hekk kif il-battalja qed tinħoloq fil-Lvant.

Duħħan skur seta’ jidher minn ħafna mili ‘l bogħod wara l-attakk fuq żewġ distretti periferiċi ta’ Kyiv.
Moska qalet li qerdet tankijiet mibgħuta mill-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant lejn l-Ukrajna.
Ir-Russja laqtet lill-kapitali tal-Ukrajna Kyiv b’missili kmieni l-Ħadd għall-ewwel darba f’aktar minn xahar, filwaqt li uffiċjali Ukreni qalu li kontrattakk fuq il-kamp tal-battalja prinċipali fil-Lvant reġa ħa nofs il-belt ta’ Sievierodonetsk.