Is-Sindku ta’ Tas-Sliema waqqafhom milli jaqdu l-bżonnijiet tagħhom fil-pubbliku u spiċċaw għamlu għalih.

Mario Fava, Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali wera Solidarejta’  fuq post tiegħu fuq is-sit soċjali “FaceBook” fejn propju qal hekk
Solidarejta’ mas-Sindku ta’ Sliema, s-sur John Pillow Sliema Mayor, gie attakkat minn persuni tard filghaxija, wara li gibed l-attenzzjoni li ma jistghux jaqdu l-bzonnijiet naturali taghhom fuq il-blat fil-pubbliku. Is-Sindki u Kunsilliera qed jaghtu minn hinhom u il-familja sabiex itejbu l-lokalitajiet taghna u ta’ dan ghandu jinghata lilhom kull rispett. Min ma jafx jagixxi ta nies fil-pubbliku, postu mhux fit-triq”.

 

Aħna ta’ PmnewsMalta wkoll ningħaqdu u nuru solidarjetà mas-sindku.
Kif ukoll naqblu perfettament mas-Sur Fava