Is-Sur Leonid McKay se jinħatar bħala Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

L-Awtorità li twaqqfet ftit tax-xhur ilu, wara l-liġi storika approvata fi tmiem is-sena li għaddiet, għandha l-għan li tirregola s-settur inkluż bit-twaqqif ta’ assoċjazzjonijiet, kif ukoll għandha rwol edukattiv importanti.
Is-Sur McKay għandu esperjenza ta’ tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi u ħadem għal snin twal fis-settur soċjali. McKay gradwa fis-Soċjoloġija u fil-politika soċjali f’livell ta’ Masters. Hu ħadem għal tnax-il sena fi ħdan is-servizzi differenti ta’ Caritas Malta qabel ma nħatar Direttur fl-2014.
Fl-2018 huwa nħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar fejn ħadem biex saħħaħ is-servizzi mogħtija, filwaqt li tnedew numru ta’ skemi ġodda u bdew jitħaddmu riformi li kienu ilhom mistennija snin u li provdew assistenza lil eluf ta’ persuni.
Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jirringrazzjaw lis-Sinjura Mariella Dimech għas-sehem tagħha fl-aħħar xhur.