It-tibdil fil-klima u s-saħħa mentali l-WHO tenfasizza azzjonijiet għall-pajjiżi

Skond rapport li ħarget l-Għaqda dinjija tas-saħħa illum 3 ta’ Ġunju 2022, it-tibdil fil-klima joħloq riskji serji għas-saħħa mentali u l-benessri tal-persuna, hi stqarret dan fil-konferenza Stokkolma+50.
L-Organizzazzjoni għalhekk qed tħeġġeġ lill-pajjiżi biex jinkludu appoġġ għas-saħħa mentali fir-rispons tagħhom għall-kriżi tal-klima, billi semmiet eżempji fejn ftit pajjiżi rnexxilom jagħmlu dan b’mod effettiv.
l-Għaqda dinjija tas-saħħa tgħid li dan ħareġ minn rapport reċenti mill-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), li kien ippubblikat fi Frar ta’ din is-sena. L-IPPC żvela li t-tibdil fil-klima li qed jiżdied b’rata mgħaġġla joħloq theddida li qed tiżdied għas-saħħa mentali u l-benessri psikosoċjali; minn dwejjaq emozzjonali għal ansjetà, dipressjoni, niket, u mġiba suwiċidali.
“L-impatti tat-tibdil fil-klima huma dejjem aktar parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, u ftit li xejn hemm appoġġ dedikat għas-saħħa mentali disponibbli għal nies u komunitajiet li jittrattaw perikli relatati mal-klima u riskju fit-tul,” qalet Dr Maria Neira, Direttur tad-Dipartiment tal-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u s-Saħħa tal-WHO.
L-impatti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa mentali huma mqassma b’mod mhux ugwali b’ċerti gruppi affettwati b’mod sproporzjonat skond fatturi bħall-istatus soċjoekonomiku, is-sess u l-età. Madankollu, huwa ċar li t-tibdil fil-klima jaffettwa ħafna l-aspett soċjali li diġà qed jwassal għal piżijiet massivi tas-saħħa mentali globalment.
Stħarriġ tal-WHO tal-2021, minn 95 pajjiż indika li 9 pajjiżi biss s’issa inkludew is-saħħa mentali u l-appoġġ psikosoċjali fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar is-saħħa u t-tibdil fil-klima.
“L-impatt tat-tibdil fil-klima qed jgħaqqad is-sitwazzjoni diġà estremament ta’ sfida għas-servizzi tas-saħħa mentali u tas-saħħa mentali globalment. Hemm kważi biljun persuna li jgħixu b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali, iżda f’pajjiżi bi dħul baxx u medju, 3 minn kull 4 m’għandhomx aċċess għas-servizzi meħtieġa” qalet Dévora Kestel. “Billi qed tiżdied is-saħħa mentali , il-pajjiżi jistgħu jagħmlu aktar biex jgħinu u joffru appoġġ psikosoċjali lil dawk l-aktar f’riskju fi ħdan ir-riskju tad-diżastri u l-azzjoni klimatika, .” tenniet Kestel.
l-Għaqda dinjija tas-saħħa tirrakkomanda ħames punti mportanti għall-gvernijiet biex jindirizzaw l-impatti fuq is-saħħa mentali tat-tibdil fil-klima:
  • Jintegraw l-kunsiderazzjonijiet tal-klima mal-programmi tas-saħħa mentali
  • Jintegraw l-appoġġ għas-saħħa mentali mal-azzjoni klimatika
  • Li dan jkun mibni fuq impenji globali
  • Jiżviluppaw modi bbażati fuq il-komunità biex jitnaqqsu l-vulnerabbiltajiet
  • Jispicca d-distakk kbir finanzjarju li jeżisti għas-saħħa mentali u l-appoġġ psikosoċjali