Il-Kumitat COVI laqa’ lill-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová fil-21 ta’ Ġunju 2022 għal skambju ta’ fehmiet dwar il-pandemija tal-COVID-19.
Il-Viċi President Jourová ffokat fuq l-isfidi ewlenin tal-COVID-19 dwar id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, l-impatt tal-istat ta’ emerġenza u r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE:
– id-drittijiet ta’ gruppi vulnerabbli, informazzjoni ħażina u diżinformazzjoni matul il-pandemija
– Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni dwar l-aderenza mal-istat tad-dritt, is-sorveljanza demokratika u n-nondiskriminazzjoni
– il-konklużjoni mill-konsultazzjoni dwar l-estensjoni taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE u t-trasparenza tal-kuntratti tal-vaċċini tal-COVID-19.
l-MP Franċiża V.Trillet Lenor qalet li huwa importanti li jkun hemm transparenza fil-kuntratti kif ukoll fix-xiri li jsir. Żiedet tgħid li kemm il-membri tal-parlament Ewropew kif ukoll iċ-ċittadini Ewropej mhux jiġu nfurmati fuq dan i-xiri u l-ftehim. Poġġiet bħala eżempju il-każ ta’ l-AstraZeneca fejn l-unika sors li saru jafu x’kien qed jiġri kien permezz ta’ l-istampa ta’ l-Ingilterra.
Il-Membru parlamentari Franċiża Rivasi kompliet iżżid ma’ dak li qalet il-kollega tagħha u rreferiet għall klawsola fil-kuntratti li ġew iffirmati mill-Unjoni Ewropea u l- manifatturi tal-vaċċini fejn il-pajjiżi huma obbligati jixtru l-vaċċini, rrelevanti xi tkun s-sitwazzjoni sas-sena 2023. Qalet li tnax-il pajjiż Ewropew ma jridux jixtru aktar dożi tal-Pfizer u Moderna għax is-sitwazzjoni ta’ l-epidemija m’għadiex allarmanti u li għad baqgħalom ħażna sostanzjali ta’ vaċċini filwaqt li minnħabba dawn il-kuntratti jridu jixtru b’nefqa ta’ Biljun u nofs Ewro f’xiri ta’ vaċċini li m’għandhomx bżonn. Hija kompliet billi qalet li postponiment għax-xiri tal-vaċċini sal-Ħarifa m’huwiex biżżejjed minħabba li dawn il-vaċċini għandhom data ta’ skadenza.
Rivasi staqsiet kemm jiswew eżattament dawn il-vaċċini għaliex skond l-informazzjoni li tawhom il-Pfizer tiswa bejn ħmistax u għoxrin Ewro u il-Moderna bejn tmintax u ħamsa w għoxrin Ewro u li x-xiri li jmiss ser jkunu jiswew aktar. Staqsiet ukoll rigward l- effetti sekondarji ta’ dawn il-vaċċini u qalet li dawn għandhom jkunu dettaljati mill-laboratorju mhux mill-stati membri u hemm klawsoli fil-kuntratt li jgħidu li f’każ ta’ effetti sekondarji huma l-stati membri li jridu jħallsu għall kumpens u anke l-spejjeż ta’ l-avukat. Hi qalet li ma kellhomx aċċess għall dawn il-kuntratti li jorbtu il-Kummisjoni Ewropeja u l-laboratorji tal-farmaċewtika.
Il-Membru Parlamentari Ġermaniża Christine Anderson qalet li kien hemm nies li ġew malfamati u stigmatiżżati minħabba d-diżinformazzjoni u l-gideb u li kienu jitwemmnu faċilment. Anderson qalet li l-kampanji tal-vaċċin mtellajn mill-stat u mill-midja pubblika kienu mimlija diżinformazzjoni. Semmiet kif ma kienx hemm ingredjenti approvati fit-tilqim u li din kienet tilqima esperimentali u minkejja hekk il-midja ġiet immanipulata fl-stati membri kollha.Dawk li kienu kritiċi ġew mkassbra fejn saħansitra qalulhom li dawn mhux ser jiġu trattati fl-sptarijiet jekk ma jeħdux it-tilqima qalet Anderson. Staqsiet ukoll għaliex iċ-ċertifikati tal-vaċċini ġew estiżi għall sena oħra.
Il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová wieġbet billi qalet li huma qed jaħdmu għat-transparenza u li tinħtieġ il-fiduċja. Qalet li l-kuntratti ġew ippublikati b’ mod ” reducted” ( partijiet tal-kuntratti mgħottija) skond ir-regolament ta’ l-aċċess għad-dokumenti. Hi saħqet li jindirizzaw is-sitwazzjoni dejjem skond ir-regolamenti. Fejn kien hemm segretezza kummerċjali huma ħarsu l-interessi kummerċjali fejn jidħlu terza parti.
” Aħna minn naħa tagħna għamilna li nistgħu biex jkollna l-aqwa prezzijiet għaċ-ċittadini Ewropej” qalet Jourová. Hi qalet li wieġbu l-parlament fuq dawn il-kuntratti u li konvinti li ma kissru l’ebda regoli. Jourová tgħid li-prezzijiet tal-vaċċini ma tafhomx. Rigward ix-xiri tal-vaċċini qalet ma jafux jekk ux ser jkollna mewġa ġdida tal-pandemija u kemm il-doża ser jkollna bżonn. “Aħna ma rridux nisfurzaw il-persuni biex jitlaqqmu” tgħid Jourová. Hija qalet li bl-ebda mod ma iffissaw xi regola li jobbilgaw il-persuna tieħu t-tilqima. Hija qalet li kien hemm manipulazzjoni u theddid jekk ma tieħux it-tilqima fejn wieħed ma setax saħansitra jkollu aċċess għall spazji pubbliċi jew ċerti servizzi pubbliċi li nxterdet l-aktar lejn il-konfront ta’ attivisti ” Anti-Vaxxers”.
Kien hawn fejn il-Membru Parlamentari Rumen Cristian Terhes staqsa ” Sinjura Kummissarju, inti serja b’dak li kemm għadek kemm għedt issa ?” Staqsa jekk ux minnu li ma kienx hemm l-ebda sforz fuq il-persuna biex tieħu it-tilqima meta huma stess bħala membri parlamentari ma setgħux jidħlu fil-parlament mingħajr ċertifikat. ” Meta ser tippublikaw b’mod sħiħ dawn il-kuntratti biex lkoll kemm aħna nkunu nafu x’fihom ?” staqsa Terhes. Staqsa rigward l-effetti tat-tilqim, fejn skond li kien ingħad huwa r-resposabbilita’ tal-gvernijiet nazzjonali li jħallsu jekk jkun hemm xi effetti kollaterali. Pero’ fuq livell nazzjonali qal li kien hemm l-impożizzjoni tat-teħid tat-tilqima u “Allura qed titlob liċ-ċittadini milquta, li ma setgħux jmorru għax-xogħol, li ma setgħux jużaw transport pubbliku bħall ma ġara f’Italja, ġew ristretti fil-mod kif jivvjaġġaw, biex b’hekk jieħdu t-tilqima anke jekk ma riedux” żied Terhes.
“Għalfejn m’intomx qed tħallsu għall effetti kollaterali ?” temm billi staqsa Terhes.
Segwi id-diskussjoni fil-filmat.