Jizdiedu l-inċertezzi jekk ux ser jitneħħew il-maskri mill-iskejjel

 Uħud mill-iskejjel qed jgħidu lill-istudenti u lill-għalliema li se jkollhom jirritornaw l-iskola l-ġimgħa d-dieħla bil-maskri jekk l-awtoritajiet tas-saħħa ma jippubblikawx linji gwida aġġornati fil-ħin  fostom hija l-Iskola Verdala fejn bagħtet e-mail lill-ġenituri tgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika qalu li l-ilbies tal-maskra se jibqa’ obbligatorju sakemm jiġu ppubblikati linji gwida ġodda.
Iktar kmieni f’April, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-maskri mhux se jkollhom aktar bżonn jintlibsu f’ambjenti edukattivi.
Iżda fil-ġranet li għad fadal qabel ma jibda t-terminu l-ġdid nhar it-Tnejn, il-linji gwida għas-settur tal-edukazzjoni, aġġornati l-aħħar f’Diċembru, għadhom jgħidu li l-maskri għandhom jintlibsu fl-iskejjel.
Mingħajr linji gwida ġodda, l-iskejjel tħallew fi stat ta’ inċertezza, ma jafux, pereżempju jekk jistgħux jistabbilixxu r-regoli tagħhom stess li jeħtieġu li l-istudenti u l-għalliema jilbsu maskri.

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq : [email protected]