Kawża kontra l-President Biden b’allegazzjonijiet ta’ kompliċità mal-ġganti tal-midja soċjali

Ġewwa Jefferson City Missouri infetħet kawża kontra l-President Biden u uffiċjali oħra tal-gvern ta’ grad għoli ta’  L-Istati Uniti talli allegatament ikkonfoffaw ma’ organiżżazjonijiet tal-midja soċjali bħal Meta, Twitter, u YouTube biex jiċċensuraw u jrażżnu l-libertà tal-kelma.
l-Avukat Ġenerali ta’ Missouri Eric Schmitt u l-Avukat Ġenerali ta’ Louisiana Jeff Landry ressqu kawża b’ mozzjoni għal inibizzjoni preliminari fil-5ta’Mejju 2022.
“Il-libertà tal-kelma hija l-pedament ta’ dan in-nazzjon kbir, jeħtieġ li tiġi protetta u ppreservata. L-allegati tentattivi tal-gvern federali mal-kumpaniji tal-midja soċjali biex jiċċensuraw l-espressjoni ħielsa għandhom iwerwru kemm liċ-ċittadini ta’ Missouri kif ukoll lill-Amerikani. Riċentement, l-Uffiċċju tiegħi fetaħ kawża kontra l-Amministrazzjoni Biden għal din l-allegata kollużjoni, u llum qed nippreżentaw mozzjoni għal inibizzjoni preliminari biex titwaqqaf,” qal l-Avukat Ġenerali Schmitt.

Memorandum ta’ l-atturi b’appoġġ ta’ mozzjoni għal inibizzjoni preliminari.

MEMORANDUM RULING AND ORDER 12th July 2022

Sors l- Avukat Ġenerali Schmitt

CourtListener

One thought on “Kawża kontra l-President Biden b’allegazzjonijiet ta’ kompliċità mal-ġganti tal-midja soċjali

  1. Sakemm George Soros jibqa jhallas il miljuni lis-social media biex jiccensuraw lin-nies hekk se nibqaw

Comments are closed.