Każ rari ta’ Dengue fever

Minn informazzjoni li daħlet lill PM News Malta, instab każ rari ta’ Dengue fever, li allegatament ġabitu immigranta Nepaliża ta’ 29 sena. Hi ġiet Malta fejn suppost kellha tibda impjieg bħala cleaner. Mill-informazzjoni li għaddewlna, din il-persuna kienet diġa taf li għandha Dengue imma xorta ġiet Malta.
Din il-marda ma tittiħidx direttament imma permezz ta tinigiża ta’ nemusa u l-istess nemusa tagħtiha l’ persuna oħra. Din in-nemusa, l-Asian Tiger mosquito (Aedes albopictus) għandna hawn Malta li daħlet ukoll riċentament.
L-persuna li għaddiet l’informazzjoni qaltilna li qed jiġi ħafna mard assoċjat mal-immigranti li qed jidħlu fil-pajjiż u li dawn mhux qed jigu mxandra.
Dengue hija marda serja li tagħti deni, dardir, uġigħ fl-għadam u muskoli, mard tal-fwied u jista’ jkun fatali. Din il-pazjenta ddaħlet l-ITU għal kura intensiva il-bieraħ matul il-lejl u qiegħda f’qagħda kritika.