Il-Pożizzjoni tal-Partit Popolari fuq l-Abort
Dalgħodu għall-ħabta tad-disa’ w nofs ttelgħat konferenza stampa mill-Partit Popolari ġewwa Ta’ Xbiex. Is-Suġġett ta’ din il-Konferenza kien l-Abort fejn kelliema għall-partit tkellmu x’inhi l-pożizzjoni tal-Partit fuq dan ir-rigward.
Il-President tal-Partit S-Sur Karmenu Borg qal ” X’ hemm aktar sabiħ milli tieħu ħsieb id-dinjita’ tat- tarbija fil-ġuf ? Aħna bħala partit qiegħed hemm biex jgħin lill aktar setturi vulnerabbli tas-socjeta’ maltija, it-trabi li għadhom ma tweldux l’ommijiet li nqabbdu tqal u ħa jispiccaw mġegħela jagħmlu abort, kif ukoll nies oħrajn bħal dawk li jispiċċaw bla dar, bla ikel, nies mħallsin fil-prekarjat, dawk huma il-Gawhar tagħna ” Kompla jgħid li l Partit Popolari qiegħed hemm biex jservi l-poplu. Il-President qal li bħala Partit mhux ser jħallu lill ħadd jiġi abbużat.
” Meta aħna dħalna fil-ġlieda kontra l-mandat tal- vaċċini ma qadniex nidħlu fuq ix-xjenza ta’ dawn l-affarijiet, sempliċiment għax rajna settur tal-poplu f’Malta ser jiġi deskriminat u aħna dħalna f’dik il-ġlieda, l-istess fuq l kwistjoni ta’ l-abort u kwistjonijiet ohrajn ” tenna jgħid li bħala Partit huwa favur il-ħajja. Bħala Partit ser jaħdem biex jkun hemm sistema ta’ adozzjoni aħjar. Ikkonkluda id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lill-dawk favur il-ħajja jgħatu l-fiduċja tagħhom lill-Partit Popolari.
Is-Sur Joe Borġ kompla jindirizza l-konferenza fejn qal li l-Partit Nazzjonalista qal li “Metsola ddikjarat li ser timxi ma dak li tgħid l-Ewropa.” Qal li l-Partit Popolari mexa mal-poplu w huwa ta’ sodisfazzjon meta wieħed iqis li 92% tal-poplu huwa kontra l-abort. Jkompli Jgħid li “kull tarbija li tiġi fid-dinja għanda pjan, għax dan ukoll pjan ta’ Alla.”
Huwa faħħar Lill NGO li taħdem għat-trabi w li salvat mal-150 tarbija. Jgħid ukoll li l-partiti ghandhom jagħtu alternattivi sodi.”Jekk b’diżgrazzja kbira minħabba din l-infami ta’ Metsola jidħol l-abort il- Partit Popolari ser jagħmel sfida bil-vot ikun ta’ 2/3.”
Is-Sur Clint Calleja jgħid li l- liġijiet li qed jiġu ddetati minn Brussell u għaldaqstant pajjiżna m’għadux ‘ktar pajjiż sovran.
“Sirna Sinjor Si, u dawn in-nies jridu wkoll li jivvaċinaw Lill-kullħadd u jlibbsu il-maskra Lill-kullħadd.” Tenna jgħid “Abortion in Malta over my death body “
Jindirizza l-Ewropa bħala waħda “Ta’ Kajjin”
Jagħlaq billi jgħid li l-vot għandu jmur lejn l-Partit Popolari jekk wieħed ma jridx li pajjiżna jibqa’ sejjer għall din id-direzzjoni.
Is-Sur Joe Aquilina beda d-diskors tiegħu billi qal li “l-partiti il-kbar flimkien MIEGĦEK sa l- elezzjoni u wara ma’ jafukx”
Jghid ukoll li diversi kelliema mil-partiti il-kbar huma favur l-abort
Kompla billi qal li ” Bill- partiti il-kbar minnħabba l-EU ser jkollhom jaċċettaw l-abort.”
Il-Partit Popolari mhux ser jaċċeta l-ebda komprensiva.
Kelliem ieħor waqt din il-konferenza kien is-Sur Alexander D’Agatha, u beda billi faħħar Lill-dawk li tkellmu
Jgħid li president ta’ partit żgħir, ħareġ stqarrija kontra l-Partit Poplari rigward l-abort
qal li huwa telaq minn dan il-partit għax ħass li kien ser jagħmel żball li kieku baqa’ jagħmel parti minnhu w jitlob ukoll għall-apoloġija fuq dak li qal il-President ta’ dan il-partit.
Żied jħid li huwa “Pro life.”
Is-Sur D’Agatha tenna’ jgħid li l-Partit Popolari ser jagħmel struttura fejn dawk in-nisa tqal ser tingħatalhom għajnuna.
Kompla jgħid li l- “United Nation” qed jagħmlu “White Paper” sabiex jkunu ċerti li jippromwovu l-abort.
NGO li huma “Pro life” ma tawhomx id-dritt li jipparteċipaw għall din il-“White paper”
Lejn l-aħħar tad-diskors qal ” Il-vot tiegħek huwa mportanti għall dan il-pajjiż fejn jidħol l-abort u Partit Popolari jista’ jkun tarka unika”
Is-Sur Edgar Apap qal li wieħed għandu jara w jiċċekja kif jsir l-abort sabiex jkollu idea ċara tal-proċess li l-mara u t-tarbija jgħaddu minna. Kompla jgħid li mhux ser jiġi aċċettat l-ebda forma ta’ abort.
Is-Sur Frans Mallia rrakkonta l-esperjenza iebsa li għaddiet ommu meta kellha korriment ta’ tripletta filwaqt li din l-omm għada issemmi dan l-fatt sal-ġurnata tal-llum. Dan qal li wieħed għandu jikkunsidra l-ħsara psikoloġika meta tintemm ħajja ta’ tarbija.
Għalaq din il-koknferenza il-Kap tal-Partit Popolari s-Sur Paul Salomone billi qal li huwa favur il-ħajja w qatt ghal-abort. Żiedf jgħid “hekk kif smajtu sew mill-kandidati tagħna l-Partit Popolari huwa kontra l-abort” filwaqt li bħala part
it jifhem li hawn ħafna problemi qal li l-abort mhux is-soluzzjoni.
Kompla Jgħid li “Il-Partit Popolari ma jinteressah xejn mil ebda trattati u l-ebda obbligu iehor li saru ma’ l-EU.” Il-Kap qal li jkun xi jkun ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni, bħala partit ser jibqgħu jkunu hemm għall-poplu.
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna sabiex nibgħatu ġurnalist fuq il-post u ntellgħu artiklu, jista’ jikkuntatjana fuq : [email protected]