Konferenza stampa mtella’ minn Arnold Cassola

Konferenza stampa mtella’ minn Arnold Cassola- Kandidtat Indipendenti fuq l-10 u l-11-il distrett

 

Waqt konferenza stampa is-Sur Cassola qal li din hija elezzjoni fejn ma hemmx competiton. Skond Cassola ir-riżultat magħruf: Prim Ministru għall-5 snin li ġejjin ser ikun Robert Abela, dak li -flimkien ma’ Abela Advocates, “ilu squatter f’bini tal-gvern għal dawn l-aħħar 4 snin…mingħajr ma għandu titlu legali fuqu.”  żied jgħid Cassola.

“Waqt li l-homeless Maltin, li tant għandhom bżonn dak i-bini, jkollhom imorru jistkennu fis-soup kitchen tal-Belt.

Robert Abela, avukat tal-mepa, li jirnexxilu jagħmel bargain b’villa villun iż-Żejtun, illegali u f’odz; Robert Abela, li jinnegozja fl-artijiet mal-kriminali u, milli jidher, kollu chummy chummy mal- kidnappers.

Mexxejja li wasslu għal ambjent li qed jinqered, żvilupp bla rażan, istituzzjonijiet li jaħdmu kontra ż-żgħir, u isem pajjiżna mkasbar id-dinja kollha.

Bi Prim Ministru ta’ din ix-xeħta, lil min tridu fl-oppożizzjoni?

Lill-Partit Nazzjonalista waħdu, partit nazzjonalista mkisser, dgħajjef u mifrud?

Jew tridu li jkun hemm ukoll nies bħali u bħall-Alternattiva, li -għall-kuntrarju tal-PN-, lesti nitkellmu fuq kollox u mhux nibqgħu muti għaliex Portelli ta’ Għawdex ikun tana l-flus bħalma jagħti lil-Labour u l-PN?

Tridu biss fl-oppożizzjoni lil min mar jiġri jiltaqa’ ma’ Yorgen Fenech minkejja li kien jaf li dana kellu kont id-Dubai biex ixaħħam lill-politiċi? Jiġifieri, intom kuntenti b’Zammit Louis u Rosianne Cutajar fil-gvern u oppożizzjoni li tibża’ tiftaħ ħalqha biex ma tmurx turta lil tal-business li għandhom lill-pl u lill-pn fil-but?” kompla Cassola

“F’dawn il-ħames snin, il-mexxejja tagħna ħammġu isem Malta mad-dinja kollha bil-Panama papers, bil-bejgħ tal- passaporti, bil-Vitals, bl-Electrogas, bil-Montenegro. Sħms għandna mexxejja li huma rrikattati minn żviluppaturi korrotti u mil-lobby tal-kaċċaturi” sostna Cassola.

“Mexxejja li jieklu l-kirxa mal-kidnappers u ma’ min akkużat li qatel ġurnalista.

U l-PN fl-oppożizzjoni? Dawqed jgħidu li ser ikomplu jbigħu l-passporti, jibqgħu rikattati mill-kaċċaturi u jibqgħu jilagħqu lill-iżviluppaturi korrotti.

Malta jixirqilha aħjar. Naf li mhux faċli tbiddel id-drawwa wara 20-30 sena u tivvota għal xi ħadd differenti. Imma tista’ taghmel dan.

Anki biex is-sagrifiċċju ta’ Daphne ma jkunx għalxejn, importanti li tivvutaw għal kandidati onesti indipendenti u mit-tielet partit.

Is-surveys jitkellmu ċar: 20 fil-mija minnkom qed itellgħu u jniżżlu jekk jibdlux il-vot għall-ewwel darba. Inti tista’ taghti messagg ċar lill-pl u l-pn li trid li l-affarijiet jinbidlu.

Kuraġġ, issa hu l-mument. Issa nistgħu nbiddlu bil-vot u nidħlu fl-istorja.” temm il-Konfernza tiegħu Cassola.

 

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]