Kontroversja bejn HavaSosyalMedya u Times of Malta fuq ksur tad-drittijiet tal-awtur

HavaSosyalMedya (HSM), l-akbar pjattaforma tal-avjazzjoni ċivili fit-Turkija, tinsab fiċ-ċentru ta’ kontroversja dejjem tikber wara li allegat li Times of Malta uża l-vidjo tagħha mingħajr permess.
Għalkemm jidher li Times of Malta tat il-kreditu lill-HSM, dan ma kienx biżżejjed għalihom, peress li huma jsostnu li l-użu tal-vidjo jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-awtur.

 Our video was not a widely circulated viral clip; it was an exclusive piece of content created and published solely by HavaSosyalMedya.

Despite our efforts to address this issue amicably, Times of Malta has refused to acknowledge the infringement, claiming that crediting our platform post-publication was sufficient.

Skont HSM, il-vidjo inkwistjoni, li oriġinarjament ġie ppubblikat fuq il-pjattaformi uffiċjali tagħhom, ġie mniżżel u użat mill-gazzetta Maltija mingħajr il-kunsens tagħhom. Mill-investigazzjoni ta’ PMnews jidher li l-filmat deher ukoll fuq portali tal-aħbarijiet Maltin oħrajn, fosthom Lovin Malta, TVM, u Sidestreet. Madankollu, fl-artiklu tagħha, HSM qed timplika biss Times of Malta f’dan il-ksur tad-drittijiet tal-awtur.
Hawn taħt jinsab il-filmat inkwistjoni.
 
HavaSosyalMedya sejħet l-attenzjoni għall-ksur, u qed tikkunsidra l-għażliet tagħha, inkluż it-talba għal kumpens jew l-azzjoni legali kontra l-partijiet li kisru d-drittijiet.

 We will pursue legal action.

HavaSosyalMedya tipprepara biex tieħu passi ulterjuri, dan l-inċident jenfasizza l-isfidi kontinwi li jiffaċċjaw il-kreaturi tal-kontenut fil-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tagħhom.
Mill-investigazzjoni ta’ PMnews jidher li f’Malta, din il-prattika fejn portali tal-aħbarijiet Maltin jużaw videos barranin, inkluż dawk ta’ Maltin, mingħajr ma jiksbu permess, hija komuni ħafna. Din il-prattika ħażina tista’ twassal għal problemi serji, fosthom il-possibbiltà ta’ kawżi għad-danni minn individwi jew kumpaniji barranin, kif ukoll minn Maltin, minħabba ksur possibbli tad-drittijiet tal-awtur.
PMnews Malta xi żmien ilu wkoll ġiet ukoll misruqa filmat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *