Fid-9 ta’ Ġunju 2022, L-amministrazzjoni Biden tħabbar pjan operattiv għat-tilqim tal-COVID-19 għal Tfal taħt il-5 snin. Dan il-pjan li ġie ippublikat fuq il-websajt uffiċjali tal-White House, ġibed l-attenzjoni ta’ bosta Amerikani fejn staqsew kif diġa’ hemm saħansitra d-data mniżżla sabiex l-ewwel tilqim jibda jingħata mill-ġimgħa tal-20 ta’ Ġunju, hekk kif l-FDA u s-CDC għad jridu jwettqu l-proċessi ta’ reviżjoni indipendenti tagħhom.
Il-Laqgħa tal-kumitat konsultattiv ta’ L-FDA u CDC ser issir fl-14 u15 ta’ Ġunju, 2022.