L-armla ta’ Mark Vassallo li nqatel f’inċident bil-karozza talbet formalment lill-Avukat Ġenerali biex jerġa’ jiftaħ il-każ wara li l-Qorti illiberat lill-akkużat wara sensiela ta’ żbalji li saru mill-pulizija fl-akkuża miktuba mill-pulizija. Ir-raġel ta’ Moira, Mark Vassallo, inqatel fuq il-mutur Easy rider “Daelim 125cc” tiegħu waqt li kien qed isuqu il-Pietà fi triq għall-Belt Valletta fit-22 ta’ Awwissu 2018.
Fuq parir tal-maġistrat inkwerenti, il-pulizija ħadet liż-żagħżugħ il-Qorti u akkużawh li b’mod involontarju kkawża l-mewt ta’ Vassallo b’sewqan negliġenti, iżda l-Qorti lliberatu l-ġimgħa li għaddiet minħabba li l-akkuża tal-pulizija kellha erba’ żbalji.
Skond il-mara tal-vittma Dawn huma l-erba’ żbalji
. Il-mudell tal-karozza kienet imniżżla bħala Volkswagen, meta fil-fatt, kienet Peugeot.
. In-numer plate kienet irreġistrata ħażin.
. Il-ħin tal-inċident li seħħ fis-1.30am fejn sipost kellu jitniżżel fis-7.30am.
. l-isem tat-triq kien miktub Dun Karm, l-Imsida, meta fil-fatt l-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt, il-Pietà.
Moira Vassallo għadha qed tfittex ġustizzja u talbet lill-AĠ biex jikkunsidra li jerġa’ jiftaħ il-każ u terġa’ tibda l-proċeduri kriminali b’dukumenti ġdida mingħajr żballji.
Ħafna staqsew kif huwa possibbli li uffiċjal tal-pulizija jagħmel 4 żbalji f’kompulsjoni waħda. Jidher ċar li dan il-każ għandu jerġa’ jinfetaħ u għandha ssir ġustizzja kif xieraq.
Ħafna nies fosthom “bikers” huma tassew disgustati u qed jitolbu ġustizzja għax jifhmu li setgħu kienu wkoll huma u għalhekk qed jieħdu dan il-każ bis-serjeta` u qed isegwu dan il-każ aktar mill-qrib.