L-Editriċi ta’ The Shift News Tiftaħ Kawża għal Libell Kontra l-Prim Ministru Robert Abela

19 ta’ Jannar, 2025
Caroline Muscat, l-editriċi tal-mezzi tal-aħbarijiet investigattivi indipendenti The Shift News, fetħet kawża għal libell kontra l-Prim Ministru Malti Robert Abela. Dan wara kummenti pubbliċi li għamel, fejn iddeskriva lil The Shift bħala “blog tal-aħbarijiet foloz” li “jispeċjalizza fir-rapportar ta’ gidba,” u fejn stqarr li “90% ta’ dak li jirrappurtaw huwa gidba.”
Dan kollu ġie żvelat fl-artiklu li The Shift News ippubblikat, fejn ġie spjegat li skont Muscat, il-kawża nfetħet bħala reazzjoni għal dak li ddeskriviet bħala attakk dirett fuq il-midja indipendenti. Muscat stqarret li d-dikjarazzjonijiet ta’ Abela huma parti minn sforz intenzjonat biex:

Jiskredita lil The Shift News u jimblokka ġurnalisti li jissieltu biex jikxfu l-verità dwar il-korruzzjoni u l-abbużi fil-poter.

Id-dikjarazzjonijiet kontroversjali ta’ Abela fil-minuta 7:40 l-quddiem tal-filmat fejn f’intervista mal-Prim Ministru li din saret mill-Maltatoday, il-Prim Ministru fid-dikjarazzjoni tiegħu fejn kien qed jitkellem fil-kuntest tal-inizjattiva tiegħu biex jemenda l-liġijiet dwar l-inkjesti maġisterjali. Huwa żied u allega li ħafna minn dawn l-inkjesti ġew imqanqla minn rapporti ta’ The Shift News, hu akkuża li qed jippromwovu “l-fake news”. Il-Prim Ministru żied ukoll li hemm mezzi oħra ta xandir oħra, bħall-‘The Shift’, li huma ukoll jiffaċilitaw il-qerq, iżda ma semma l-ebda isem ta’ min dawn jista’ jkunu.
L-artiklu ta’ The Shift News saħaq li din hija parti minn attitudni ġenerali li tfittex li tgħaffeġ il-midja indipendenti u tipprova ddgħajjef xogħol il-ġurnalisti.
Din il-kwistjoni ġibdet ukoll reazzjoni qawwija minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom Reporters Without Borders (RSF), li kkritikaw dak li sejħu attentat ċar biex tinqered il-libertà tal-istampa f’Malta.