L-eks PM tal-Ġappun Shinzo Abe inqatel b’tiri.

Filmati u rakkonti mxandra mill-midja Ġappuniża wrew id-diskors ta’ Abe interrott minn żewġ sparaturi qawwijin  possibilment minn shotgun “Homemade”, b’Abe  mal-art wara t-tieni sparatura.
L-isptar li pprova jsalvah qal li miet fil-5.03pm (0803 GMT), madwar ħames sigħat u nofs wara li sparawlu. Tabib qal li Abe miet b’ammont ta’ demm li ħareġ minn żewġ feriti fil-fond, waħda minnhom kienet fuq in-naħa tal-lemin ta’ għonqu. Huwa ma kellu l-ebda sinjali vitali meta ddaħħal.
Mumenti wara l-isparatura, il-membri tas-sigurtà ta’ Abe qabdu raġel u tefgħuh mal-art  ftit metri wara l-eks Prim Ministru. Is-suspettat kien liebes qmis griża, qalziet kannella ċar u trainers griżi. Wiċċu kien parzjalment mgħotti minn maskra kirurġika. Huwa rappurtat li ma pprovax jaħrab qabel inżamm fil-post. Il-Pulizija identifikat lis-suspettat bħala Tetsuya Yamagami, raġel ta’ 41 sena residenti Nara. Skont rapporti tal-midja lokali, il-pulizija qalet li l-arma maħsuba li ntużat fl-attakk kienet magħmula mid-dar. Ritratt wera żewġ partijiet ċilindriċi tal-metall li dehru li kienu marbutin b’ħafna tejp iswed mimdudin fit-triq ħdejn il-post.
Yamagami, li l-okkupazzjoni attwali tiegħu mhix magħrufa, jingħad li serva bħala membru tal-Forza ta’ AwtoDifiża Marittima sal-2005, skont sors tal-gvern. Il-Ministeru tad-Difiża qed jiġbor informazzjoni dwar ir-raġel.