L-ekwipaġġ tas-salvataġġ jista’jeħel 20 sena ħabs talli salva lill-migranti

Erba’ akkużati li salvaw diversi mijiet ta’ nies milli jegħrqu fi tliet salvataġġi differenti fil-Baħar Mediterran issa qed jirriskjaw żmien twil il-ħabs fl-Italja.
Fosthom hemm Kathrin Schmidt.
Flimkien ma’ tliet imputati oħra, dalwaqt se tkun qed tiffaċċja imħallef fi Sqallija talli ħadmet fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ ċivili Iuventa sekwestrata.
“Issa qed niffaċċjaw 20 sena ħabs,” qalet lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta (17 ta ‘Mejju).
Is-Sibt, se jattendu smigħ preliminari fit-Tribunal ta’ Trapani fi Sqallija.
Flimkien ma l-Erba’ entitajiet,hemm ukoll 17-il persuna oħra, li ġew akkużati li ffaċilitaw dħul mhux awtorizzat, att kriminali deskritt fil-qosor fil-liġi Taljana dwar l-immigrazzjoni ta’ aktar minn għoxrin sena.
Médecins sans Frontières, Save the Children u kumpanija tat-tbaħħir privata, ukoll ser jiffaċċjaw akkużi
Għal Schmidt, il-fatt li ‘l fuq minn 22,000 mietu fil-Mediterran matul l-aħħar tmien snin, juri ċar li s- sistema li tinjora l-qagħda immedjata ta ‘dawk li jagħmlu vjaġġ perikoluż.
“Is-salvataġġ  qatt ma jista’ jkun reat,” hi qalet.
L-awtoritajiet Taljani qabdu l-Iuventa fl-2017, fejn minn dakinhar baqgħet sekwestrata fil-port ta’ Trapani.
Huma akkużaw lill-ekwipaġġ wara tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-baħar, li seħħew f’Settembru 2016 u Ġunju 2017.