L-emendi fil-liġi tal-embrijuni għadhom ma ġewx iffirmati mill-President

L-MP Ivan Bartolo f’vidjo fuq il-profil tal-midja soċjali tiegħu jistaqsi għalfejn l-emendi fil-liġi tal-embrijuni għadhom ma ġewx iffirmati mill-President. Normalment dawn l-emendi fil-liġijiet jiġu iffirmati fi żmien tlett ijiem mill-President wara li jkunu għaddew mil-parlament.

Għaldaqstant l-Onor. Dr. Adrian Delia ikkumenta wkoll illum fuq il-profil tiegħu fuq dak il-punt li qajjem il-kollega tiegħu Bartolo kif ukoll kiteb li l-President ta’ Malta George Vella qatt ma’ kien komdu b’din il-liġi li tikkalpesta l-ħajja umana.