L-ewwel titjira lejn ir-Rwanda mill-gvern Ingliż b`dawk l-immigranti li daħlu fil-pajjiż mingħajr dokumenti legali u li qed jfittxu ażil tista ‘tkompli nhar it-Tlieta, jgħidu l-imħallfin tal-qorti tal-appell.
Jappoġġjaw deċiżjoni preċedenti mill-Għola Qorti li sostniet li huwa fl-“interess pubbliku” li l-gvern iwettaq tali politika ta’ rilokazzjoni.
Taħt l-iskema aċċetata mill-Għola Qrati fl-Ingilterra, xi wħud minn dawk li jidħlu fir-Renju Unit illegalment se jiġu rilokati lejn ir-Rwanda biex japplikaw għall-ażil hemmhekk.
Filwaqt li ġimgħat ilu, L-UNHCR tgħid li temmen li s-sħubija dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku mħabbra tar-Renju Unit mar-Rwanda (MEDP) se testernalizza l-obbligi fundamentali tar-Renju Unit għal nies li qed ifittxu ażil fil-pajjiż.
Skond huma din is-sħubija tipproponi mudell ta’ ażil li jimmina s-sistema ta’ stabbilita għall protezzjoni tar-refuġjati internazzjonali kif ukoll jkun qed jirriskja ċ-ċaħda arbitrarja tal-aċċess għall-ażil u jnaqqas minn soluzzjonijiet durabbli realistiċi għar-refuġjati affettwati.