L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati,l-Whip tal-Gvern u l-Whip tal-Oppożizzjoni jiltaqgħu mal-pubbliku waqt in-Notte Bianca

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia flimkien mal-Whip tal-Gvern is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar kellhom l-opportunitá li jiltaqgħu mal-pubbliku li kien qed iżur l-bini tal-Parlament waqt in-Notte Bianca. Waqt dawn il-laqgħat huma spjegaw fiex jikkonsisti x-xogħol li huma jwettqu biex jaqdu l-mandat parlamentari tagħhom.
Bi tweġiba għal numru ta’ mistoqsijiet tal-pubbliku, l-Ispeaker u ż-żewġ Whips taw informazzjoni dwar numru ta’ bidliet li seħħew fosthom iż-żieda fir-rappreżentanza femminili fil-Parlament, kif ukoll dwar il-koperazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ naħat li twassal biex ix-xogħol tal-Kamra jkun jista’ jiġi mgħoddi ħafna drabi bi qbil u fl-aħjar interess tal-poplu Malti.