L-amministrazzjoni Biden tippjana li tbigħ lill-Ukrajna erba ‘drones MQ-1C Grey Eagle li jistgħu jiġu armati b’missili Hellfire għall-użu fil-kamp tal-battalja kontra r-Russja.
Sorsi qalu li l-bejgħ tad-drones magħmula mill-General Atomics xorta jista’ jiġi mblukkat mill-Kungress, , u żiedu li hemm ukoll riskju ta’ treġġigħ minn dan il-pjan, li ilu jiġi rivedut fil-Pentagon għal diversi ġimgħat.
L-Ukrajna ilha tuża diversi tipi ta’ sistemi tal-ajru bla ekwipaġġ kontra l-forzi Russi li invadew il-pajjiż lejn l-aħħar ta’ Frar. Dawn jinkludu l-AeroVironment RQ-20 Puma AE, u l-Bayraktar-TB2 Tork.
Grey Eagles tirrappreżenta qabża fit-teknoloġija peress li tista’ tittir sa 30 siegħa jew aktar skond il-missjoni tagħha u tista’ tiġbor ammonti kbar ta’ data għal skopijiet ta’ intelliġenza.
Grey Eagles, il-verżjoni tal-Armata tad-drone Predator kif inhu aktar magħruf , jistgħu wkoll iġorru sa tmien missili Hellfire qawwija.
Uffiċjal Amerikan qal li l-amministrazzjoni tal-President Joe Biden biħsiebha tinnotifika lill-Kungress dwar il-bejgħ potenzjali lill-Ukrajna fil-jiem li ġejjin b’avviż pubbliku.