L-Stati Membri kollha ta’ UE b’sistema diġitali sas-sena 2023

Fid-9 ta’ Marzu 2021, Il-Kummissjoni Ewropeja ippreżentat viżjoni, miri u toroq għal trasformazzjoni diġitali ta’ suċċess tal-Ewropa sal-2030.
L-ambizzjoni tal-UE hija li tkun diġitalment sovrana f’dinja miftuħa u interkonnessa.
Il-kumpanija Thales li l-oriġini tagħha jmorru lura għas-sena 1893 u li l-klijenti li sservi huma organizzazzjonijiet kbar bħal aġenziji tal-gvern, amministrazzjonijiet,u negozji tgħid li sa Settembru 2023 l-Istati Membri kollha tal-UE jridu jagħmlu Wallet tal-Identità Diġitali disponibbli għal kull ċittadin li jrid wieħed.
Patrice Caine hu c-Chairman u Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Thales. Hu kien beda l-karriera tiegħu fl-1992 mal-grupp farmaċewtiku Fournier. Fis-sena 2014 Patrice Caine ingħata l-Midalja tad-Difiża Nazzjonali (livell tal-bronż) u ġie maħtur Kavallier tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu u Kavallier tal-Leġjun tal-Unur fl-2017. Il-Gran Mastru tal-Ordni Nazzjonali tal-Leġjun tal-Unur huwa l-President Franciż Emmanuel Macron.

 

Id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa: miri diġitali għall-2030

 

Miktuba minn Rita Bonnici