Il-Police Officers Union (POU) qed tipproponi sistema ta’ kameras tas-sigurtà minflok ronda kontinwa bl-uffiċjali tal-Pulizija fuq il-promenade ta’ Tas-Sliema.
Fi stqarrija, l-unjin qalet li l-proposta attwali ta’ ronda kontinwa tul il-promenade ta’ Tas-Sliema mhijiex is-soluzzjoni li toffri l-aktar sigurtà għall-pubbliku iżda bis-sistema ta’ kameras tas-sigurta’ tigi offruta soluzzjoni aħjar għaliex apparti li toffri l-iktar sigurtà, hi l-aktar waħda ekonomika ukoll u fit-tul ħa tiswa lil pubbliku inqas milli jiffinanzja overtime regolari max-xatt.
L-Unjin tgħid li din is-sistema eventwalment tista’ tiġi estiża ukoll f’lokalitajiet oħrajn fil-pajjiż.