Laqgħa fejn ġew diskussi l-maskri tat-tfal fl-
skejjel
Il-Bieraħ 9 ta’ Marzu 2022 saret laqħa kordjali bejn gruppi li jirrapreżentaw il-ħarsien tat-tfal Liberta u Europeans United Malta. Għal din il-laqgha kien hemm preżenti s- Supretendent tas-saħħa Profs. Gauci,iċ- Chief medical officer Dr. Busuttill kif ukoll s-Sur Kevin Falzon li rrapreżenta l moviment Liberta, s- Sinjura Rita Bonnici f’isem Europeans United Malta,s-Sur Mario Camilleri f’isem Primum Non Nocere u Dr. Jean Karl Soler bħala professjonist mill-qasam mediku.
F’din l-Laqgħa ġew diskussi l-maskri tat-tfal fl-skejjel fost l-oħrajn fejn Dr. Soler spjega fid-dettall analiżi skond riċerka xjentifika li l-maskri m’humiex effettivi sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tas- SARS cov-2 diment li jkun hemm distanza soċjali adegwata. Semma’ studji li saru ġewwa l-Bangladesh u ġewwa pajjiżi oħra fostom l-Ingilterra. Dr.Soler enfasiżża fuq il-ħsara psikoloġika li qed taffetwa t-tfal fejn fil-professjoni tiegħu ltaqa’ ma ġenituri li jinsabu nkwetati rigward l-mġieba ta’ uliedhom li nbiddlet lejn dawn l-aħħar xhur għall waħda ta’ biża’ soċjali kif ukoll nuqqas ta’ interazzjoni ma’ l-istess membri tal-familja. Huwa tenna jgħid li qed tiġi implikata biza’ fuq l-istess arja li nieħdu in-nifs minnha.
Is-Sur Kevin Falzon staqsa għalfejn qed jiġu permessi attivitajiet tal-massa politiċi kif ukoll ” Coffee Mornings” mtellgħin minn diversi politici mingħajr l-użu tal-maskri w fl-istess ħin it-tfal ghandhom jibqgħu bil-maskri fil-klassijiet għal-siegħat twal. Il-Profs Gauci qalet li bħala supretendenza tas-saħħa mhux il-kompitu tagħha li ssegwi dawn l-attivitajiet msemmijja iżda huma l-pulizija li għandhom jintervjenu fuq dan ir-rigward. Is-Sur Falzon kompla jistaqsi rigward il-linji ta’ gwida għall-skejjel fejn dawn juru li waqt attivitajiet sportivi u fiżiċi l-maskra għanda titneħħa waqt l-attivita’ pero ċerti skejjel mhux qed jimxu ma’ dawn il-linji ta’ gwida u saħansitra waqt dawn il-lezzonijiet ta’ sports it-tfal qed jiġu mġegħla jibqgħu bil-maskri.
” F’dak il-każ wieħed għandu jirraporta l-Ministeru ta’ l-edukazzjoni sabiex jaraw għalfejn dan qiegħed jseħħ” wieġbet Profs.Gauci fuq dan ir-rigward.
Profs Gauci tenniet tgħid li d-deċizjonijiet ma jittieħdux minn persuna waħda fejn jidħlu restrizzjoniet izda hi tgħaddi r-rakkomadazzjonijiet fejn dawn imbgħad jiġu mgħoddija fil-kabinett u tittieħed id-deċizjoni minn hemm.
” Aħna ngħaddu ir-rakkomadazzjoni minn naħa tagħna pero’ fl-aħħar din tiġi deċiża mill-kabinett, ma ngħidux lill-Prim ministru x’ jrid jagħmel iżda nirrakomadaw dak li naħsbu li għandu jsir “
Fit-tmiem tal-Laqa’ s-Sinjura Rita Bonnici staqsiet jekk is-supretendenza tas-saħħa tistgħax tikkunsidra li l-maskri mill-iskejjel jitneħħew qabel il-vaganzi ta’ l-Għid kif ġie mħabbar mill-DPM u Ministru tas-saħħa Hon.Chris Fearne u għal din it-tweġiba Profs. Gauci kif ukoll CMO Dr.Busuttill qalu li mhux possibli għaliex għada għaddejja l-evalwazzjoni fuq dan ir-rigward.
Għaldaqstant fin-nuqqas li ma ntalħaqx ftehim, il-Movimenti Liberta’, Europeans United Malta u Primum non Nocere għada 11ta’Marzu fil-11am ser jtellgħu protesta quddiem il-Ministeru tas-saħħa, Strada Merkanti ġewwa l-Belt Valletta sabiex flimkien ma’ ġenutri kkonċernati juru d-diżappunt tagħhom fejn it-tfal kellhom u għadhom jsofru fis-silenzu r-restrizzjonijiet tal-maskri fl-skejjel.