Laqgħa ta’ Djalogu favur il-ħajja mtella’ minn Edwin Vassallo

Waqt laqgħa ta’ djalogu ġewwa l-Oratorju Don Bosco, ir-Rabat, Għawdex li ġiet mtella’ minn Edwin Vassallo ex, MP u ex. segretarju parlamentari tal-partit Nazzjonalista attendew diversi nies minn oqsma differenti fosthom l-Isqof ta’ Għawdex kif ukoll membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista l-Onor Alex Borg.
Il-qofol ta’ din l-laqgħa kien “favur il-ħajja” hekk kif it-terminu użat dan l-aħħar hu “Pro-Life”. Ħajja, Familja u Liberta’ kienu tlett topiks diskussi matul dan id-djalogu.

Vassallo beda billi qal li din l-inizajttiva hija favur il-ħajja, għall kull min jemmen fil-ħajja fejn dan l-aħħar  l-valur tal-ħajja għall bosta sar skart. Ir-riżultat tal-votazzjoni dwar l-emendi tal-IVF wera’ li min ivvota favur, ivvutaw kontra l-liġi fejn l-skop prinċipali tal-liġi hu li tipproteġi l-embrijuni qal Vassallo. Huwa rringrazzja lill Onor. Alex Borg li kien preżenti għall dan id-djalogu kif ukoll li kien wieħed mit-tlett membri parlamentari li vvutaw kontra din l-emenda.

Borg beda d-diskors tiegħu billi qal li din il-votazzjoni għalih kienet l-ewwel eżami tal-kuxjenza bħala membru parlamentari ġdid fejn kellu jagħżel bejn dak li hu parteġġjan jew dak li hu bbażat fuq il-valuri tal-ħajja. Hu qal li jemmen li l-ħajja tibda mil-konċepiment għalhekk qatt ma seta’ jivvota favur din l-emenda, tenna jgħid li anke l-quddiem ser jkompli jivvota favur il-ħajja. Għalkemm din id-deċiżjoni kienet diffiċli u taf tħalli mpatt fil-karriera politika, Borg qal li l-politika mhux kollox u ried juri li għalkemm żagħżugħ xorta jħaddan il-prinċipji u l-valuri tal-ħajja bħal bosta żagħżagħ oħrajn.
“Jien fl-aħħar mil-aħħar ma vvutajtx kontra l-partit iżda favur għaliex il-partit tiegħi dejjem emmen favur il-ħajja mill-konċepiment sal-mewt,” stqarr Borg.
Borg qal li l’istatut tal-Partit Nazzjonalista juri ċar li favur il-ħajja mill-konċepiment, il-kostituzzjoni tal-pajjiż hija favur il-ħajja fejn saħansitra hemm il-liġi tal-protezzjoni ta’ l-embrijuni u li l’għan tagħha huwa li tipproteġi l-embrijun.

L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma saħaq fuq l-importanza li wieħed għandu jirriffletti fuq il-ħajja u wieħed għandu jistqasi jekk għadux jħobb lilu nnifsu. Kompla jgħid kif il-bnedmin dejjem jridu xi ħaġa ġdida u kif il-kultura tal-konsumiżmu, mudell ekonomiku qed jħalli effett negattiv fuq is-soċjeta’ fejn il-ħajja saret negozzjabli u l-valur tagħha naqas. L-Isqof qal li dan li qed jiġri huwa tħejjija għal ewtanasja.