“Laqgħat sigrieti bejn Ian Borġ u biljunarju Tork” Cassola

Il-Kandidat Indipendenti Arnold Cassola ressaq talba uffiċjali lill FOI għar-rekords fir-rigward tal-artikli li kienu mtella’ fuq Times of Malta fit-2 ta’ Ottubru 2022.
“Għażiż Sinjur/Sinjura
Qed nagħmel din it-talba għall-FOI skont il-Kapitolu 496 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jekk jogħġbok ibgħatli l-informazzjoni bl-email.
Id-dettalji tiegħi huma hawn taħt.
L-informazzjoni mitluba hija din li ġejja:
B’relazzjoni ma’ l-artikli segwenti:

https://timesofmalta.com/articles/view/marsa-junction-project-investigated-potential-corruption.984356
https://timesofmalta.com/articles/view/inside-marsa-project-yorgens-fee-debtridden-bidder-billionaire.984362
1. L-artiklu jgħid li Robert Yildrim jgħid (b’rabta mal-Proġett tal-Marsa) “Kelli qligħ żero. Ħajr lil Alla Infrastructure Malta tat xi side roads biex nagħmlu l-asfalt, bi prezz irħas ħafna.” Jekk jogħġbok ipprovdi kopji tal-offerti, direct orders, ftehimiet kollha li Infrastructure Malta għamlet ma’ Robert Yildrim u/jew kwalunkwe kumpanija/joint venture/kollettiv jew sħubija li magħha huwa/kien involut inkluż (iżda mhux limitat għal) Shining Star Infrastructure and Construction. Jekk jogħġbok ipprovdi rati ta’ remunerazzjoni pprovduti.
2. Kopji ta’ kull forma ta’ komunikazzjoni – inklużi iżda mhux limitati għal emails/Whatsapp/test jew kopji stampati – minn Infrastructure Malta (inklużi uffiċjali tal-passat bħall-eks CEO Fredrick Azzopardi) lill-eks Ministru tat-Trasport Ian Borg jew lill-Ministeru tat-Trasport jew Infrastruttura rigward diffikultajiet ta’ Ayhanlar fit-tlestija tal-proġett/ l-involviment ta’ Robert Yildrim fil-Proġett.
3. Data, ħin, tul ta’ żmien, post, minuti u deskrizzjoni ta’ nies preżenti waqt xi laqgħat fejn is-Sur Yildrim ġie introdott lill-ministru Ian Borg/il-Ministeru tiegħu (Din il-laqgħa ssir referenza għaliha mill-Ministru Ian Borg innifsu).
4. Kopja tal-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Direzzjoni ta’ Infrastructure Malta meta ġie diskuss il-Proġett tal-Marsa, Aylanhar, is-Sur Robert Yildrim, Shining Star Infrastructure and Construction.
5. Kopja tar-riżoluzzjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ Infrastructure Malta li tawtorizza l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-offerta lil Shining Star Infrastructure and Construction tas-Sur Yildrim.
5. Jekk dan ta’ hawn fuq ma jeżistix, kopji tal-awtorizzazzjoni minn ġewwa Infrastructure Malta li jawtorizzaw l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-offerta lil Shining Star Infrastructure and Construction tas-Sur Yildrim.”