“Liem Alla naħsbu li aħna” Adrian Delia

Waqt it-tielet djalogu organizzat favur il-ħajja mtella’ minn Edwin Vassallo fejn din id-darba sar ġewwa l-Kulleġġ San Alwiġi, Adrian Delia qal li kien hemm nuqqas ta’ informazzjoni korretta fir-rigward ta’ dawk li vvutaw kontra l-emenda ta’ l-IVF u x’wassal sabiex jagħmlu dan.
Delia tkellem rigward il-progressivita’ fejn din tiġi applikata f’diversi asspetti pero mhux tiġi applikata fejn tidħol ħajja ta’ embrijun li jkun qed jipprogressa sabiex jgħix. “Kif jista’ jkollok lill xi ħadd progressiv li jwaqqaf l’ żvilupp ta’ xi ħadd li għadu fi stat embrijoniku ?” staqsa Delia.
“Ġejt deskritt insensittiv, nippreferi nkun insensittiv u jekk jirnexxili nsalva ħajja waħda u ngħix mal-kuxjenza tiegħi, milli ma jgħajjrunix insensittiv u nkun kompliċi fin-nuqqas tal-progress ta’ l’żvilupp ta’ l’embrijun” kompla Delia.
F’ħin minnhom Delia staqsa ” Liem Alla naħsbu li aħna li niddeċidu min jgħix u min imut?” Dawn it-testijiet ser jiftħu l-bieb għal ġenetika kompla jenfasizza Delia. 20% ta’ dawn it-testijiet ma jkunux qed jgħażlu bħal ma pruvaw jbellawlna l-politiċi, iżda jeqirdu kompletament il-ħajja ta’ l-embrijuni. Meta l-intervent li jkun sar jwassal għat-terminazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ l-embrijun dak jkun qtil .Din ma kinitx misinformazzjoni koinċidentali iżda kien il-ħsieb ta’ politiċi li riedu jingannaw kompla jgħid Delia.
Meta xi ħadd juża l-kelma “Pro-Choice”, l-għażla tkun għall individwu u fil-parametri jekk ux ser taffetwa lill oħrajn. Delia qal li hu favur l-IVF, l-avvanzi fix-xjenza, avvanzi fit-tekonloġija u li l-gvern għandu jkompli jissusidja dawn l avvanzi sakemm ma tkunx qed tikkalpesta l-ħajja ta’ ħaddieħor. Hu qal li l-equal opportunity għanda tkun anke għall min m’għandux vuċi. L-embrijuni li ser jiġu mwarrba mhux ser jkollom l-opportunita li jitkellmu iżda aħna irridu nitkellmu għalihom.
Din l-emenda tmur kontra l-liġi, dik msejjħa ” embryo protection act”. “Jien illum qiegħed hawn nitkellem f’isem dak l-embrijun li ma jistgħax jitkellem.” Meta wieħed jgħid li hu favur il-ħajja mill konċepiment qatt ma jista’ jagħżel li jittermina l-progress (ħajja) ta’ l-ebda embrijun ikkonkluda Delia.