Programm 25 ta` Mejju illejla fis-sitta ta’ filgħaxija .
l-programm tal-lejla se nitkellmu dwar l-inflazzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja kif ukoll il-gwerra attwali, il-pandemija u x’iġibu magħhom u x’se jħallu warajhom. Ikollna mistieden speċjali s-Sur Clint Flores.
Segwejna dak li qal Clint Flores fuq il-paġna ta` facebook kemm il-darba kif ukoll fejn qajjem diversi punti li qajmu diversi mistoqsijiet b`hekk ser nistaqsu u nitkellmu dwar pariri kif nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni tal-pajjiż u kif nistgħu wkoll nassorbu l-piż li qed naħsbu li ġej fuq il-pajjiż iktar tard is-sena d-dieħla.
Il-programm se jkun wieħed dirett fejn is-semmiegħa jistgħu jikkomunikaw direttament u jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom relatati mas-suġġett. Segwuna fuq il-paġna ta’ Facebook jew inkella Twitch