Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta’ Perklorat.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Weraq tal-ħabaq nixef |
Ditta: | Giardino Botanico dei Berici |
Użin: | 12g |
Data ta’ skadenza: | 28/01/2026 |
Lot: | 4BA01 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.