Malta Tista’ Tħabbat Wiċċha ma’ Sfidi mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u Mercosur

Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u Mercosur, li ilu jiġi mfaħħar bħala opportunità kbira għan-negozju Ewropew, qed dan iqanqal tħassib f’Malta? Jista’ jolqot b’mod negattiv lill-ekonomija Maltija, filwaqt li joffri benefiċċji limitati għall-gżira?
Effett fuq l-Agrikoltura Lokali
Is-settur agrikolu żgħir ta’ Malta jista’ jaffaċċja kompetizzjoni iebsa minħabba d-dħul ta’ prodotti irħas mill-pajjiżi ta’ Mercosur, speċjalment il-laħam, it-tiġieġ, u z-zokkor. Il-bdiewa Maltin, li diġà qed jiffaċċjaw spejjeż dejjem jiżdiedu u sfidi marbuta mal-klima, bosta qed jibżgħu li mhux se jkunu jistgħu jikkompetu mal-produtturi kbar tas-Sud-Amerika.
Bdiewa li tkellmu ma’ PMN qallulna
“Dan il-ftehim qed jippreferi lill-ekonomiji l-kbar fuq dawk żgħar,” qal bidwi Malti. “Kif jista’ bidwi Malti jikkompeti ma’ laħam tal-baqar prodott b’mod massiv fil-Brażil? Huwa daqqa ta’ ħarta għall-biedja tradizzjonali.”
Tħassib Ambjentali
Il-ftehim huwa mistenni jżid id-domanda għal prodotti agrikoli minn pajjiżi ta’ Mercosur, li skont il-kritiċi, jista’ jwassal għal aktar deforestazzjoni.
Huwa importanti ħafna li issa nkunu nafu x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-ftehim bejn l-UE u Mercosur, għax dan jista’ jkollu impatt dirett fuq aspetti ekonomiċi, ambjentali, u soċjali f’Malta. Għalkemm Malta hija ekonomija żgħira, hija parti mill-Unjoni Ewropea, u għalhekk għandha vuċi fir-ratifika tal-ftehim.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *