Mater Dei u l-pannelli solari.

Kif tistgħu taraw, dan huwa l-isptar modern “Mater Dei” u li tlesta biss ftit snin ilu, u li ħa deċennji biex jitlesta u jitgħammar bl-aqwa teknoloġija possibli.

Wieħed jista’ tassew jara f`dan ir-ritratt meħud mill-google earth li dan l-isptar lanqas biss issib pannella solari waħda dejjem skond dak li qed jidher minn fuq din l-arial view.
Bħala ċittadin inħossni li dan huwa żball kbir u mhux hekk biss imma nħoss ukoll li qed niġi misruq mill-ġmiel tal-kampanja madwar il-pajjiż għax qed issiru aktar”irziezet solari” fuq ODZ u fil-kampanja tal-privat dan meta fil-pajjiż hawn tant spazju fejn il-gvern flimkien mal-privat jista’ jipproduċi aktar enerġija ħadra fuq l-hekk imsejħa postijiet pubbliċi.
L-Isptar l-antik San Luqa, depot tal-pulizija, Belt is-sebħ li m’għandhomx pannella solari waħda installata u fl-aħħar ritratt huwa tal-Mepa li hemm ftit pannelli imma kif tistgħu taraw il-bjut mhux kollha koperti bil-pannelli u ħafna  spazju mhuwiex utilizzat  biex tiġi prodotta aktar enerġija ħadra  kif ukoll fuq il-binjiet biswit il-Mepa dawk tat-TM u kif tistgħu taraw ukoll il-blokka t’isfel tal-Mepa m’hemmx anqas pannella waħda. Qed inpoġġi wkoll stampi miġbuda minn fuq google earth.
Dawn huma biss ftit mill-ħafna postijiet pubbliċi, iżda hemm ħafna, ħafna aktar postijiet li l-gvern jista’ faċilment juża bil-għaqal u jipproduċi din l-enerġija ħadra.
Aħna nistaqsu għaliex dawn iż-żoni ma jintużawx mill-gvern flimkien mas-settur privat biex jiġu installati “irziezet solari” fuqhom?
Filwaqt li nittamaw li dan id-diskors ma jaqax fuq widnejn torox.

Sptar l-antik St. Lukes.

Belt is-sebħ.

 Main Mepa offices.

Mepa offices.