Qorti Suprema Amerikana nhar il-Ġimgħa ħadet uffiċjalment id-deċiżjoni tagħha li twaqqa’ lil Roe v Wade, u temmew 50 sena ta’ protezzjoni federali għall-aċċess għall-abort li issa se jitħalla f’idejn l-istati biex jiddeterminaw jekk jipprojbixxux il-proċedura. Dan seta’ jseħħ biss bil-bidliet li kien għamel Donald Trump meta kien President għax li kien għall-President nisrani falz Joe Biden anke’ abort ta’ 9 xhur hu permess.
Pronta kienet Dr. Roberta Metsola li f’daqqa waħda qed tħossa s-salvatriċi tad-dinja tikkundanna dan l-att fl-Amerika u ħalfet li l-EU se tibqa’ tikkumbatti għall-abort madwar id-dinja għax skond hi hu att ta’ regressjoni jekk pajjiż ikollu l-abort illegali.
Fl-istess jiem ġie rapurtat wkoll li Dr. Martina Caruana li tokkupa l-kariga ta’ Political Strategy tal-Partit Nazzjonalista hi wkoll favur l-abort. Fih innifsu dan ma fih xejn ħazin għax kull bniedem għandu opinjoni. Li hemm ħazin ħafna huwa li kemm Dr. Metsola u kemm Dr. Caruana huma parti mill PN u użaw lill-PN biex waslu fejn waslu fil-politika.
Il-PN għandu miktub iswed fuq abjad li hu partit kontra l-abort. Timmaġinaw xi ħadd fil-Partit Laburista joħroġ b’mod uffiċjali li hu kontra l-ħaddiema? Jew l-Partit ta’ Norman Lowell li hu favur li jitneħħew il-borders mill-Ewropa jew lill-Greens joħorġu favur aktar bini?
Il-PN wara li daħħalna fl-Ewropa baqa’ jitlef elezzjoni waħda wara l-oħra. Sal-llum it-tmexxija għada twaħħal fil-poplu flok jsaqsu x’qed jagħmel ħazin il-Partit. It-tweġiba hi faċli ħafna. Biex il-PN daħħal il-Malta fl-Ewropa tmellaħ b’ħafna nies fosthom bil-kaċċaturi, b’dawk li riedu sigurta’, u li naħdmu iktar bħala Ewropa fuq is-suq komuni fejn jidħol xogħol flok fuq kemm il-loki differenti se jkollna, li kollox jrid jiġi approvat minn Brussell, taxxa minima komuni, u li b’xi mod irridu nkunu involuti fi gwerer minħabba l-pressjoni li tiġi minn Brussell.
Issa jidher ċar ukoll li l-PN tnejjek anke’ bil-votanti Kattoliċi fejn kienu wegħduwhom li aħna mhux se nitilfu qatt il-valuri tal-ħajja.
Jekk il-Kap Dr. Bernard Grech se jibqa’ sieket mela jfisser li hu jaqbel ma’ Dr. Metsola. Ħafna qed jgħidu li Metsola wara l-kariga li tokkupa fi Brussell se tkun qed tipponta għall-kap tal-PN. Jidher ċar li fi 12 il-sena tkaxkir fl-elezzjonijiet baqaw ma tgħallmu xejn. Il-PN jrid jerġa jsir Partit li jxaqleb lejn il-lemin biex jirbaħ u mhux jipprova jsir liberali iktar mill-Partit Laburista. Biex jkollna Partit Liberali l-poplu wera biċ-ċar li jippreferi lill PL milli l-PN. Jekk Metsola b’xi mod issir Prim Ministru nafu diġa li Malta tista’ tqis ruħa b’mod uffiċjali kolonja ta` Brussell, għax li jgħidu hemm jiġi applikat hawn, nkluż id-drittijiet tan-nisa fosthom l-abort kif anke’ trid tipprova timponi minn ġo Brussell lill-Amerika.
Pajjiż li destinat li se jispiċċa b’Partit wieħed li żgur mhux tajjeb għad-demokrazija. Iżda donnu il-fazzjoni liberali li nfiltrat fil-PN tagħmel dan possibli u l-PN se jkompli jmut mewta naturali.
The regression of women’s rights in the US, and in other places around the globe, is a worrying trend.
The @Europarl_EN will keep standing up for women, equality and liberty.
— Roberta Metsola (@EP_President) June 25, 2022