Meta wieħed jara dak li għaddej bħalissa madwaru ma jistax ma jieqafx u jistaqsi x’ser jiġri mill-futur tiegħu u ta’ uliedu. Il-Bieraħ waqt diskussjoni fil-parlament Ewropew ħareġ ċar li dawk il-kuntratti li ġew iffirmati mill Kummisjoni Ewropeja flimkien mal-manifatturi tal-vaċċini ser jżommu pajjiżi membri ta’ l-UE fosthom Malta,marbuta b’xiri ta’ dożi tal-vaċċini b’mod rikorrenti. B’ sitwazzjoni ekonomika f’qagħda kritika, dan il-fatt qanqal frustrazzjoni u rabja f’diversi pajjżi.Ma ninsewx ukoll li bħalissa l-pajjiżi qed jiġu mitluba sabiex jgħinu b’mod finanzjarju kif ukoll sabiex jilqgħu refuġjati mill-Ukrajna bħala ġest umanitarju. Dan qed jiġi stmat li qed jinħarġu miljuni ta’ Ewro minn pajjiżi membri.
Apparti li l-kuntratti li ġew iffirmati f’isem il-pajjiżi membri ma kienux b’mod transparenti u l-membri parlamentari Ewropej qed jitolbu sabiex jkollom aċċess għall kontenut, wieħed jikkunsidra ukoll il-fatt li l-pajjiżi għadhom ma rpiljawx mid-daqqa li ħadu bil-“lockdowns” li saru minħabba l-pandemija speċjalment pajjiżi bħall Malta fejn it-turiżmu huwa parti importanti għall ekonomija tal-pajjiż. Ħafna pajjiżi, tista’ tgħid kważi kollha, neħħew ir-ristrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar b’tama li jerġgħu jibdew jdawwru r-rota mill aspett ekonomiku,iżda Malta minkejja dan kollu għada b’ristrizzjonijiet fis-seħħ fosthom fejn jidħol vjaġġar lejn pajjiżna.
Dan kollu ma jistgħax ma jqanqalx insigurta’ fuq il-futur ta’ pajjiżna kif ukoll tħassib serju ta’ kif Malta ser tkun kapaċi tħallas eluf kbar ta’ Ewro għax-xiri ta’ vaċċini (li minħabba d-data ta’ skadenza jridu jiġu użati fi żmien stipulat),żidiet tal-prezzijiet fuq prodotti u importazzjoni minħabba l-gwerra ġewwa l-Ukrajna, ngħinu b’mod finanzjaru lill dan il-pajjiż milqut, riċessjoni globali, djun ma’ l-Unjoni Ewropeja u affarijiet oħra.
Jista’ xi ħadd jispjega liċ-ċittadini Maltin kif dan ser jkun possibli u min ser jħallas għall dan kollu ?
2 thoughts on “Min ser jħallas?”
Il-pajjizi stati membri jiftehmu u jghidu le ax xiri tal vaccini…re ‘rifugjati ukraini’ eluf qed imorru lura l-ukraina minghajr hadd mhu qed jibghathom lura…imma l-mainstream media dan ma tghidux!
Il-pajjizi stati membri jiftehmu u jghidu le ax xiri tal vaccini…re ‘rifugjati ukraini’ eluf qed imorru lura l-ukraina minghajr hadd mhu qed jibghathom lura…imma l-mainstream media dan ma tghidux!
THE ONLY WAY FOR MALTA IS OUT , OR WE PAY.