Missili Iskander dehru sejrin lejn fruntira tal-Finlandja hekk kif ukoll l-Isvezja tikkonferma li qed tfittex is-sħubija fin-NATO

Il-qawwiet Russi jidhru li qed imexxu missili b’kapaċità nukleari lejn il-fruntiera tal-Finlandja wara li n-nazzjon Nordiku ħabbar uffiċjalment l-intenzjoni tiegħu li jingħaqad man-NATO biex ifittex is-sigurtà nazzjonali fid-dawl tal-gwerra tal-Ukrajna li qed tidħol fit-83 jum tagħha. Filmat li tpoġġa fuq il-midja soċjali wera dak li hu maħsub li hu konvoj ta’ seba’ missili Iskander li allegatament qed jivvjaġġaw lejn il-belt Russa ta’ Vyborg fil-punent.
Is-sewwieq wara l-vettura seta’ jinstema’ jipprovdi kummentarju fil-filmati tad-dash cam li jissuġġerixxu li l-President Putin ordna l-iskjerament tal-armi fatali wara t-tħabbira tal-Finlandja li ssir membru tan-NATO.