Moska se tieħu miżuri ta’ prekawzjoni adegwati jekk in-NATO tuża forzi nukleari u infrastruttura eqreb lejn il-fruntiera tar-Russja, aġenziji tal-aħbarijiet Russi kkwotaw lill-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Alexander Grushko ghal dak li qal is-Sibt.
Tenna wkoll id-dikjarazzjoni preċedenti tal-Kremlin li r-rispons ta’ Moska għall-espansjoni possibbli tan-NATO se tiddependi minn kemm l-alleanza tmexxi l-assi militari lejn ir-Russja u liema infrastruttura tuża.