Mozzjoni fil-Parlament biex Tissalvagwardja s-Sovranità ta’ Malta

L-eks-Ministru Noel Farrugia sejjaħ għal azzjoni urġenti biex tiġi protetta s-sovranità u s-saħħa pubblika ta’ Malta fid-dawl tal-emendi l-ġodda għall-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR), proposti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Farrugia ressaq din il-mozzjoni hekk kif il-gvern Malti naqas milli jippreżenta oġġezzjonijiet formali għall-emendi tal-2024 li kellhom jiġu sottomessi sas-19 ta’ Lulju 2025,u dan jfisser li dawn il-bidliet se jidħlu fis-seħħ mingħajr approvazzjoni parlamentari. Hu sostna li dan jiddestabilizza l-prinċipji demokratiċi u l-awtonomija kostituzzjonali tal-pajjiż.

Bħala eks-Ministru tal-Istat, Farrugia jħoss il-ħtieġa li jħeġġeġ il-Parlament  Malti biex jieħu azzjoni immedjata sabiex:
• Jirrikonoxxi l-konsegwenzi demokratiċi u legali ta’ dan in-nuqqas;
• Jiżgura li d-drijjiet sovrani ta’ Malta ma jiġux imħassra b’mod sieket;
• Jindirizza din il-kwistjoni b’mod ċar fil-Parlament f’isem il-poplu Malti.

Hu juri tħassib dwar l-Emendi Proposti  għall-IHR, fosthom:
• Li d-deċiżjonijiet dwar is-saħħa pubblika jistgħu jiġu ċċentralizzati fil-WHO u b’hekk
jonqos il-kontroll nazzjonali;

• Li t-tifsira ta’ “emerġenza tas-saħħa pubblika” tiġi estiża għal oqsma oħra bħall-klima,
is-sorveljanza diġitali, u s-sigurtà tal-ikel;
• Li jistgħu jiġu imposti miżuri obbligatorji bħal tilqim, trattamenti, sorveljanza jew
restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mingħajr l-approvazzjoni parlamentari jew djalogu

Farrugia sostna li dan m’huwiex att kontra s-sħubija internazzjonali, iżda pass neċessarju biex jiġu protetti d-drittijiet tal-poplu Malti. Il-pubbliku flimkien ma’ għaqdiet non goveranattivi, qed jistennew kif din il-mozzjoni issa mistennija tiġi diskussa fil-Parlament fil-jiem li ġejjin.

Tista’ tara l-mozzjoni hawn