Musk jgħid li Twitter għandu jkun ‘newtrali’

Elon Musk qal li Twitter għandu jkun “politikament newtrali”, f’kumment li tpoġġa nhar L-Erbgħa filgħaxija wara mewġa ta’ profili magħluqa minn utenti li jxaqilbu lejn ix-xellug fuq in-netwerk tal-midja soċjali.
Fil-jiem minn meta Musk tefa’ l-offerta ta’ $44bn (£34.5bn) sabiex jakkwista il-pjattaforma u li din ġiet aċċettata mill-bord ta’ Twitter, mijiet ta’ eluf ta’ utenti għalqu l-profili tagħhom minn fuq is-sit, ikkonfermat il-kumpanija, li wassal għal tnaqqis fin-numri ta’ segwaċi għal politiċi li jxaqilbu lejn ix-xellug u ċelebritajiet bħal Barack u Michelle Obama, Taylor Swift u Jeremy Corbyn.
Sadanittant, influencers leministi  bħall-mara tal-kungress tal-lemin estrem Marjorie Taylor Greene, Boris Johnson, u Ted Cruz kollha kellhom qligħ kbir hekk kif utenti ġodda iffirmaw għas-servizz.
L-Erbgħa filgħaxija fi Tweet Musk qal ,
“Biex Twitter jistħoqqlu l-fiduċja tal-pubbliku għandu jkun politikament newtrali, li effettivament ifisser li jħarbat lill-lemin estrem u lix-xellug estrem bl-istess mod,” 

https://twitter.com/elonmusk/status/1519415674111672325