Neville Gafa – “Intimidazzjoni” mil-Labour fuq il-partitarji li ma vvutawx

Kif tikteb artiklu li ma jiksirx id-drittijiet tal-awtur.

Ritratt meħud minn YouTube mill-programm PmnewsMalta “The Politiku” 19-06-2024
Fi kliem Neville Gafa’, il-Partit Laburista jrid jisma’ lin-nies. Iżda minflok, għaddej b’kampanja ta’ intimidazzjoni. Telefonati qed isiru miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista lil dawk il-partitarji li ma vvutawx għaliex qatgħu qalbhom mill-partit tagħhom stess.
Gafà – li huwa wieħed mill-alleati ta’ Joseph Muscat – għamel dawn id-dikjarazzjonijiet meta din il-ġimgħa kien mistieden fil-podcast Episodju 62 “Il-Politiku” Mistieden, Neville Gafa ippreżentat minn Malcolm Seychell li ssir fuq PmnewsMalta. Għafas hawn sabiex tara l-clip ta’ x’qal Neville Gafa` waqt il-podcast.
@pmn_malta#NevilleGafa #PL #Malta♬ original sound – PNM MALTA

Waqt din l-intervista, issemma’ s-CEO tal-Labour Randolph Debattista. Issemma’ wkoll l-istrateġista ewlieni ta’ Robert Abela, Aleander Balzan – li qed ikun akkużat li warrab ħafna nies, fosthom lil Rosianne Cutajar.
Neville Gafà, li llum m’għandu ebda kariga la f’Kastilja u lanqas fil-Partit Laburista, insista li l-Gvern ta’ Abela qed jitlef is-simpatija tal-poplu.
Waqt dan il-podcast, tkellem ukoll dwar id-distakk bejn iż-żewġ partiti. Hawn, huwa insista li l-Labour mhux jisma’ lin-nies.