“Ninsab ferm kburi bis-suċċess li ksibt għalik u għal pajjiżna” – Speaker tal-Kamra tad-Deputati

“Ninsab ferm kburi bis-suċċess li ksibt għalik u għal pajjiżna” – dan kien il-kliem li bih l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa’ fl-uffiċċju tiegħu lill-Scott Muscat, champion tad-dinja tal-pool.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia kompla billi faħħar l-isforzi li għamel is-Sur Muscat,  li wasslu għat-tieni rebħa ta’ titlu prestiġjuż fil-kamp sportiv tal-pool, filwaqt li saħaq li dan għandu jkun l-aqwa eżempju għaż-żgħażagħ tagħna sabiex jimirħu fil-qasam sportiv.
Is-Sur Muscat kien rebaħ il-kampjonati Ewropej tal-kategorija ta’ taħt it-23 fl-2018  u din is-sena, proprju ftit jiem ilu, champion tad-dinja wara prestazzjoni mill-aqwa ġewwa l-Irlanda.