Partit ABBA b’diskussjoni ma’ l-OSCE

ll-bieraħ l-OSCE stiednet lill-partit ABBA biex jaqsam it-tħassib tiegħu dwar il-mod kif qed isiru dawn l-elezzjonijiet. Il-Kap tal-Partit ABBA, Ivan Grech Mintoff stqarr: “L-attentat biex jiġi żgurat li ABBA dejjem ikollu trattament inġust kien sfaċċat tul il-kampanja kollha, bis-soltu bojkott tal-midja/nuqqas ta’ espożizzjoni mill-istazzjonijiet nazzjonali tat-TV/radju.
“L-ewwel il-Kummissarju Elettorali illegalment żamm l-applikazzjoni tagħna biex ma nkunux reġistrati bħala partit politiku, dritt li ksibna biss wara azzjoni legali li ħadna. Imbagħad il-Kummissarju gideb meta stqarr li kien hemm qbil “bejn il-partiti” biex fis-sala tal-għadd tal-voti ikunu jistgħu jidħlu biss nies li juru ċertifikat tat-tilqim kontra l-Covid. Ma kienx hemm dan il-qbil. Id-dħul fis-sala tal-voti għadu b’mod ċar diskriminatorju, u jmur kontra r-regolamenti tal-Kunsill tal-Ewropa – anke jekk dan huwa obbligatorju bil-liġi.”jgħid il- Partit ABBA.
“Il-Prim Ministru u l-kap tal-oppożizzjoni t-tnejn qed jorganizzaw avvenimenti tal-massa ta’ kuljum u konxjament jiksru r-regolamenti tas-saħħa dwar il-Covid. Fl-istess ħin qed nerġgħu nkunu diskriminati kontra r-regolamenti tal-Kunsill tal-Ewropa. Minħabba l-illegalitajiet tagħhom stess u n-nuqqas ta’ osservanza tal-liġi, il-każijiet tal-Covid qed jisparaw il-fuq u r-regolamenti inevitabbli u inutli se jinġiebu lura wara l-elezzjonijiet. Dan se jikser id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet tagħna.
Il-mekkaniżmu illegali tal-ugwaljanza tan-nisa fil-parlament hija kwistjoni oħra ta’ tħassib serju li tmur kontra l-kostituzzjoni Maltija u ċar li se twassal għal riżultat elettorali pervers, li kontrih diġà bdejna proċeduri fil-qorti. Isservi biss biex jassigura li PN & PL biss ikollhom ċans ta’ rappreżentanza fil-parlament, għalkemm b’mod illegali.” żied jgħid il-Partit ABBA.

 

“Barra minn hekk, nies bid-dimensja u nies li m’għandhomx ikunu intitolati li jivvutaw, diġà vvutaw f’din l-elezzjoni. Waqt il-proċess tal-votazzjoni, in-nies mhux qed jintalbu jneħħu l-maskra sabiex l-assistenti kummissarji jidentifikaw sew lill-votanti. Għall-ewwel darba, il-kabini tal-votazzjoni m’għadhomx viżibbli għal kollox għall-osservaturi elettorali. Il-proċeduri tas-sigurtà li huma mitluba mil-liġi issa tneħħew. B’dan l-aħħar għaġeb li ħareġ bih dan il-Kummissarju ġdid, is-sistema elettorali kollha issa hija miftuħa għal frodi sfrenati.
Mhux qed nitolbu lill-OSCE biex sempliċement tinvestiga attivitajiet bħal dawn sfaċċati u strambi fil-proċess elettorali, li jistgħu jwasslu biss għal riżultat pervers. L-OSCE trid tqis il-proċess elettorali kollu bħala invalidu jekk xi waħda minn dawn it-talbiet u oħrajn jiġu ppruvati li influwenzaw l-eżitu tal-elezzjonijiet. L-elezzjonijiet nazzjonali għandhom dejjem ikunu ħielsa u ġusti għal kulħadd, oċeani l-bogħod minn imġieba inaċċettabbli bħal din.”- ikkonkludew il-Partit ABBA.
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq : [email protected]