Partit ABBA- rapport dwar il-il-każ tal-inkjesta pubblika ta’ Jean Paul Sofia

“Li kieku kien ghall-Prim Ministru ta’ Malta, qatt ma kienet toħroġ il-verità kollha dwar l-istat ħażin tal-affarijiet fi ħdan l-industrija tal-bini ghax kien huwa stess li cahad li jordna inkjesta pubblika. Sa wasal iġiegħel lill-grupp parlamentari tiegħu stess jivvota kontra mozzjoni li titlob inkjesta pubblika. Kien biss grazzi ghall-ħidma bla waqfin tal-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia, u grazzi ghal-għajta kbira pubblika, li Robert Abela kien mgieghel jibdel fehmtu.” qal Ivan Grech Mintoff,  Kap tal-Partit ABBA illum meta mistoqsi dwar ir-rapport ta’ l-inkjesta li hareg din il-ġimgha.

“Ghalhekk, waqt li l-Partit ABBA jaqbel li l-ogħla eżekuttivi u uffiċjali għolja għandhom iħallsu għall-iżbalji amministrattivi tagħhom, ghax ma wettqux dmirhom kif mistenni, il-Partit ABBA jsostni li hemm numru ta’ ministri tal-gvern li għandhom ukoll jerfghu r-responsabbiltà ghax bla ebda dubju fallew ukoll fuq livell politiku.

Imma iktar min hekk, minflokk jibqa’ jfarfar, il-Prim Ministru jinhtieglu jerfa’ r-responsabbiltà politika sħiħa tieghu, mhux biss għall-fallimenti tal-Istat, iżda wkoll għall-attentat sfaċċat tiegħu li ma toħrogx l-verità kif issa ħarget. Il-piż, għalhekk, issa waqa’  għal kollox fuq spallejh biex jagħmel dak li qedin nistennew minnu u dak li qed titlob l-inkjesta pubblika. Jekk dan ma jsehhx, ser ikompli jitlef ħafna iktar kredibilità, mhux biss f’għajnejn in-nazzjon iżda kif ukoll f’għajnejn il-laburusti ġenwini. Minhabba dawn is-sensiela ta’ atroċitajiet, dal-Laburisti genwini, jaslu ma jistghux jibqghu jemmnu b’kuxjenza safja li l-”PL” hu l-veru Partit Laburista li jistgħu jibqghu jafdaw fiħ.”