Filwaqt li PayPal mxiet lura mit-theddida tagħha li timmulta lill-utenti $ 2,500 għal “misinformazzjoni”, il-kumpanija tal-ħlasijiet għadha tirriserva d-dritt li timmulta lill-utenti l-istess ammont għal trasgressjonijiet allegati oħra.
Fil-Policy “dwar l-Użu Aċċettabbli” attwali tagħha, li ilha attiva għal sena, PayPal tiddikjara li: “Il-ksur ta’ din il-Policy dwar l-Użu Aċċettabbli jikkostitwixxi ksur tal-Ftehim dwar l-Użu ta’ PayPal u jista’ jissuġġettak għal danni, inklużi danni likwidati ta’ $2,500.00 dollaru Amerikan fejn kull ksur jista’ jiġi ddebitat direttament mill-kont tal- PayPal tiegħek.”
Mhux biss PayPal qed jirriserva d-dritt li jimmulta lill-utenti bbażat fuq termini wesgħin u suġġettivi iżda l-“Ftehim tal-Utent” jgħid li PayPal jimmulta lill-utenti jekk “jemmen” li jkunu involuti f’attività pprojbita.
“Jekk nemmnu li int involut f’xi waħda minn dawn l-attivitajiet, nistgħu nieħdu għadd ta’ azzjonijiet biex nipproteġu lil PayPal, lill-klijenti tagħna u oħrajn fi kwalunkwe ħin fid-diskrezzjoni unika tagħna,” jgħid il-Ftehim tal-Utent tal-PayPal.
F’dawn l’aħħar xhur PayPal għalqet ukoll xi kontijiet ta’ untenti tagħha minħabba li ma qablitx ma dak li kienu qed jxandru.
PayPal may have cancelled its plan to confiscate $2,500 from people’s accounts if they spread ‘misinformation’, but a world in which our ability to move money is dependent upon the opinions we express is just around the corner, says @jeffreyatucker.https://t.co/XndktjXZZp
— The Free Speech Union (@SpeechUnion) October 13, 2022