PM Live: Programm Ġdid minn PMnews Malta – L-ewwel Episodju Skedat għas-27 ta’ Frar.

PMnews Malta qed iniedi programm ġdid bl-isem PM Live, li se jkun parti mill-iskeda tiegħu u li se jixxandar darba fix-xahar. L-ewwel episodju ta’ dan il-programm se jixxandar live fis-27 ta’ Frar.

Il-programm se jittella’ mill-bar The Cavern, li jinsab fi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida, Malta. Dan il-programm se joffri pjattaforma miftuħa liċ-ċittadini biex jattendu, jagħmlu interventi u jistaqsu mistoqsijiet lill-mistieden preżenti b’mod dirett. L-iskop ewlieni huwa li jinħoloq spazju fejn il-libertà tal-espressjoni tkun prijorità, u fejn kull opinjoni tingħata l-importanza tagħha. Il-messaġġ ċar tal-programm huwa li ħadd mhu se jitħalla barra, għax aħna nemmnu kull opinjoni għandha postha fis-soċjetà.

Dan il-programm se jixxandar direttament fuq il-pjattaforma ta’ PMnews fuq YouTube u se jkun ippreżentat mill-ġurnalista Sabrina Agius.

Għall-ewwel darba, l-attendenza se tkun limitata għal 20 ruħ. Dawk interessati jistgħu jikkuntattjawna fuq il-pjattaforma ta’ Facebook ta’ PMnews jew jibagħtu email fuq [email protected].

Bħala inċentiv għal dawk li jattendu, se jitqassmu rigali f’forma ta’ vouchers grazzi għall-isponsors:

  • FRIENDS KEBABS & GRILL – Triq Il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun | Tel: (+356) 99603000
  • Brother’s LIQUIGAS Supplier – +356 99077143 jew +356 99116322
  • Brothers Wholesalers Stores – Ħwienet f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Għal aktar informazzjoni, żuru l-paġna tagħhom fuq Facebook: Brothers Wholesalers Stores.

Ibqgħu segwu PMnews Malta sabiex tkunu tafu x’se jitratta l-ewwel programm u min se jkunu l-mistiedna għall-ewwel episodju ta’ PM Live!