PMnews Malta Tħabbar Podcast Speċjali dwar il-Każ ta’ Phyllisienne Brincat.

PMnews Malta se ttella’ podcast speċjali nhar il-Ħamis, 16 ta’ Jannar, biex tiddiskuti l-każ reċenti ta’ Phyllisienne Brincat, fejn hija kienet involuta f’kontroversja marbuta ma’ kummenti tagħha waqt il-programm “Popolin.
Il-kantanta u evanġelista kif ukoll personalità televiżiva Phyllisienne Brincat ġiet meħlusa minn kull akkużi kriminali wara li l-Qorti ddeċidiet li l-kummenti tagħha fuq id-diżabilità u d-dnub oriġinali magħmula waqt programm fuq TVM f’Ottubru 2023, ma kinux jikkostitwixxu diskors ta’ mibegħda.
Dan il-programm se jiffoka fuq il-libertà tal-espressjoni u t-tifsira tagħha fis-soċjetà moderna. Il-mistiedna speċjali, Phyllisienne Brincat u r-raġel tagħha, Tony Gee, se jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, u jiddiskutu l-isfidi li ġew magħhom matul din il-kontroversja.
Il-podcast se jkun ippreżentat mill-ġurnalista magħrufa, Sabrina Agius, li se tmexxi d-diskussjoni b’mod informat u dinamiku.
Il-programm se jixxandar direttament fuq il-kanal uffiċjali ta’ PMN Malta fuq YouTube. Dan jagħti opportunità lill-pubbliku biex ikun parti minn dan id-djalogu importanti.
B’hekk, nistiednukom tingħaqdu magħna waqt xandira diretta nhar il-Ħamis, fit:20:30 fuq il-kanal ta PMN Malta sabiex tisimgħu, niddiskutu, u nifhmu aktar dwar l-impatt tal-libertà tal-espressjoni fuq ħajjitna.

Titilfuhx!