PMnews Malta Tibgħat Mistoqsijiet Kritiċi lill-Prim Ministru Dwar il-Baġit tad-Difiża tal-UE

PMnews Malta bagħtet sett ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru Robert Abela wara li Malta vvutat favur il-baġit ta’ €800 biljun għad-difiża tal-Unjoni Ewropea. Dan il-vot iqajjem diversi mistoqsijiet dwar il-pożizzjoni ta’ Malta, speċjalment fid-dawl tan-newtralità tagħha kif imniżżla fil-Kostituzzjoni.
Fi stqarrija, PMnews Malta qalet li qed tfittex kjarifika dwar dan il-vot u l-impatt tiegħu fuq il-pajjiż. Dawn huma t-tliet punti ewlenin li ressaqna lill-Prim Ministru:
1️⃣ Neutralià: Kif jista’ jiġi ġġustifikat dan il-vot fid-dawl tan-newtralità kostituzzjonali ta’ Malta? Dan ifisser li l-pajjiż qed ibiddel il-pożizzjoni tiegħu fuq kwistjonijiet militari?
2️⃣ Kontribut Finanzjarju: Malta dejjem kienet magħrufa għal nefqa baxxa fuq id-difiża. Kemm se tkun mistennija tikkontribwixxi għal dan il-baġit? Hemm riskju li dan jaffettwa setturi oħra bħas-saħħa u l-edukazzjoni?
3️⃣ Rwol Strateġiku: Billi Malta m’għandhiex forza militari kbira, x’se jkun ir-rwol tagħha f’din l-istrateġija Ewropea? Se jkun hemm biss kontribut finanzjarju, jew hemm involviment ieħor ippjanat?
PMnews Malta qed tistenna tweġiba uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, filwaqt li tkompli ssegwi din il-kwistjoni li tista’ tħalli impatt fuq il-politika u l-ġejjieni ta’ Malta fis-sigurtà Ewropea.
🚨 Aġġornamenti aktar tard hekk kif ikollna aktar informazzjoni! 🚨