PMnews tissospendi l-midja tagħha f’isem il-libertà tal-espressjoni.

B’effett immedjat il-maniġers ta’ Pmnews qed jissospendu l-gazzetta tagħhom kif ukoll il-podcast u l-programmi ta’ FB LIVE, dak ta’ Malcolm Seychell “Il-Politiku” ta’ Edwin Vassallo “Hajja, Familja, Liberta'” il-Programm “Ma’ Mario u Rita” kif ukoll intervisti oħra ta’ dibattitu li bdejna dan l-aħħar.
Dan kollu qed isir minħabba l-fatt li din il-gazzetta fil-bidu tagħha kienet attakkata kemm minn forzi Ewropej kif ukoll lokali fejn kif kulħadd jaf dan l-istazzjon tressaq il-Qorti fuq programm li għamel fejn stieden persuna u ta’ spazju biex tgħid l-istorja tagħha u fejn ġiet mistoqsija diversi mistoqsijiet u tħalliet tesprimi ruħha fil-libertà tal-espressjoni fil-miftuh u fuq xandira diretta fejn bosta programmi kienu mxandra fuq l-istess suġġett ukoll qabel dak ta’ Pmnews.
Il-fatt li dan l-istazzjon fil-bidu tiegħu tressaq il-Qorti kienet daqqa ta’ ħarta kbira għax-xogħol li konna qed nagħmlu sabiex inwasslu l-aħbarijiet mingħajr ċensura kif ukoll inkunu innovattivi u nwasslu lin-nies dan kollu li qed jiġri mingħajr ma nkunu pupazzi u imħallsa bħall-midja lokali kollha,
l-awtoritajiet indunaw b’dan u għażlu li jattakkawna aktar minn darba, l-ewwel tneħħit l-paġna tagħna minn fuq FB u  rċevejna ir-rapport dwar programm li wara spiċċa f’nofs gwerra li aħna ma kellha x’naqsmu xejn dwara.  Kien hemm ukoll ministru li ħareġ  jiddefendi il-kwerelanti u jippreġudika il-każ kontra tagħna u prova iħawwad moħħ in-nies sabiex jiġġudikawna anke qabel ma jibda jinstema’ l-każ fl-awli tal-qorti.
Il-progress tal-ħidma tagħna niżel ħafna fuq il-gazzetta u dan minħabba l-fatt li qed naħdmu u nqattgħu ħafna mill-ħin tagħna nfittxu evidenza li se jeħlisuna quddiem il-qrati, b’hekk tlifna ħafna ħin mill-pubblikazzjoni ta’ materjal fuq il-gazzetta tagħna u mhux qed inwasslu l-materjal li hekk fil-bidu konna bdejna daqshekk tajjeb. Wieħed għandu jifhem li din il-gazzetta naħdmu b’xejn bla reklamar u bi ftit donazzjonijiet li nirċievu sabiex tal-inqas inkopru ftit mill-ispejjeż.
Issa wasslitna f’punt fejn irridu mmorru għal kawża kostituzzjonali għal raġunijiet li dan il-każ li ġie ppreżentat fil-konfront tagħna nħossu li jmur kontra l-kostituzzjoni ta’ pajjiżna artikolu 4 fejn tidħol il-libertà tal-espressjoni imma minħabba raġunijiet finanzjarji aħna ma nistawx immoru minħabba li din it-tip ta ‘kawża tiswa ħafna eluf kif ukoll ħin. B’hekk qed inħossu li l-libertà tal-kelma f’pajjiżna tista’ biss tinxtara u tista’ biss issir jekk  jkollok l-flus u dan jagħti aktar saħħa lill min irid jrażżan l’istess liberta’. Jidher ċar li biex tiddefendi l-libertà tal-espressjoni billi tiftaħ kawża kostituzzjonali trid ikollok saħħa finanzjarja u jekk le, tibqa’ skjav taħt il-madmad ta’ min jiflaħ l-aktar.
Dan il-pajjiż wasal fi tmiemu u issa ma fadal imkien minn fejn il-poplu  joħroġ ħlief li  iqum u jiġġieled għad-drittijiet tiegħu jew inkella ibaxxi rasu quddiem dawk li jriduh skjav ghal dejjem. Nemmnu li-toroq biss jistghu isalvaw il-poplu mil-jasar li dahal fih.
Dan l-istazzjon qed jissospendi l-attivitajiet tiegħu sal-aħħar tal-kawża fil-konfront tiegħu, dak magħruf ta’ Matthew Grech. Wara li jintemm il-każ, naraw jekk ikunx għaqli li nerġgħu lura u nkomplu nagħmlu dak li bdejna. Aħna ta’ Pmnews inħossu li dan il-każ huwa konfront dirett kontra l-libertà tal-espressjoni wkoll artiklu 4 tal-Kostituzzjoni għalhekk qed niġġieldu dan il-każ fuq din il-bażi biss u xejn aktar minn hekk għax mill-bidu l-ġlieda tagħna kienet favur li l-libertajiet ikunu mħarsa u b’hekk ftaħna dan l-istazzjon imma kif tistgħu taraw il-forzi tal-ħazen f’dan il-pajjiz iridu jnehhu l-libertajiet li tant ħdimna għalihom matul iz-zmien.
Jekk trid tgħin lil dan l-istazzjon billi tiġbed il-ħabel flimkien magħna biex il-libertà tal-kelma tkun salvagwardjata, iva hemm bżonn l-għajnuna finanzjarja tagħkom għax jekk jintilef dan il-każ titilfu intom wkoll għax dan ikun preċedent li wara intom ukoll ser tiġu ġġudikati fuq dak li tiktbu u tgħidu.
B’effett immedjat qed nissospendu il-Pmnews u kull attività sakemm jintemm il-każ sabiex inkunu nistgħu nikkonċentraw aktar fuqu.
Grazzi lil kulħadd u lill-qarrejja tagħna.

 

Community Verified icon

One thought on “PMnews tissospendi l-midja tagħha f’isem il-libertà tal-espressjoni.

Comments are closed.