Dalgħodu irċevejna email bħall ma nirċievu ta’ kuljum bħala midja sabiex nirrapurtaw dak li jkun ġara matul il-ġurnata. Fost l-emails tal-llum kien hemm waħda partikolari fejn tgħid li l-President ta’ Malta flimkien mas-Sinjura tiegħu jinsab barra minn pajjiżna sabiex jattendi għall-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham u jżur pazjenti Maltin rikoverati fir-Renju Unit. L-ewwel ħsieb li ġie f’moħħi kien ” issa ċ-ċans li il-Professur Frank Bezzina li se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta jiffirma għall-emenda ta’ l-IVF.”
Milli jidher il-ħsieb ma kienx żbaljat għaliex ftit tal-ħin wara nara post li tella’ Dr. Adrian Delia.
Jien nistaqsi lill awtoritajiet li qed jmexxu dan il-pajjiż, possibli qed taħsbu li l-poplu daqshekk injorant li mhux jifhem il-logħba politika li qed tilgħabu? Il-President ta’ Malta kellu kull ċans li jiffirma għall din l’emenda iżda ma riedx. Għalfejn għall darba ma tkunux sinċieri u tgħidu l-verita’ li b’kull mod possibli qed tagħmlu minn kollox sabiex dak li għandkom pjanat twettquh bla skrupli ta’ xejn !
U bilħaqq il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta fil-lejl bejn il-Ħadd, 31 ta’ Lulju, u t-Tnejn, l-1 ta’ Awwissu.
Opinjoni miktuba minn- Rita Bonnici
Il-poplu rega gie tradut illum mil-Gvern Laburista u dak li imponew fuq il-poplu Malti bl-isem ta’ George Vella