L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ġie ppreżentat bil-ktieb ‘Malta’s Members of Parliament’ mill-awtur innifsu, Richard Felice Pace.
Din il-pubblikazzjoni tagħti rendikont dettaljat tal-membri parlamentari kollha li ġew eletti mis-sena 1921 sal 2022 u servew għal dawn l-aħħar 101 sena.
L-Ispeaker faħħar il-ħidma tal-awtur Felice Pace filwaqt li sellem il-memorja ta’ dawk li servew fil-Parlament Malti matul is-snin.