Fuq il-midja soċjali tiegħu l-Membru Parlamentari Darren Carabott spjega t-tħassib tiegħu hekk kif mar jiltaqa’ ma sidien ta’ negozji fil-Ħamrun. Hu jgħid li apparti l-problema ta’ riġenerazzjoni li qed toqtol il-kummerċ fil-Ħamrun u l-Marsa, issa żdiedet il-problema tas-sigurtà.
Semma’ kif fi tfulitu kien jinżel mal-familja jixtru b’serħan il-moħħ. Temm billi stqarr li “Sal-lum il-Gvern għadu lanqas tniffes fuq x’qed jiġri fil-Ħamrun u l-Marsa, aħseb u ara kemm għandu pjan għalihom.”